L-Evanġelji Apokrifi huma kitbiet antiki li jittratatw dwar il-ħajja, it-tagħlim jew it-tfulija ta’ Ġesù Kristu, iżda ma ġewx inklużi mill-Knisja fil-Kanoni uffiċjali tal-Bibbja. Il-kelma “apokrifu” ġejja mill-Grieg u tfisser “moħbi” jew “sigriet”.

L-Evanġelji Kanoniċi
Il-Knisja bikrija eżaminat ħafna kitbiet dwar Ġesù, imma kienu aċċettat biss l-erba’ Evanġelji bħala ispirati minn Alla u hekk saru parti mit-Testment il-Ġdid. Dawn huma …
Il-Knisja bikrija eżaminat ħafna kitbiet dwar Ġesù. Fl-aħħar, aċċettat biss l-erba’ Evanġelji bħala ispirati minn Alla …
L-ERBA’ EVANĠELJI BIBLIĊI
Il-kitbiet l-oħra ġew imsejħa “apokrifi” għaliex ħafna minnhom inkitbu wara żmien l-Appostli, kienu ta’ awturi mhux magħrufa jew saħansitra, f’uħud minnhom kien hemm tagħlim li ma kienx jaqbel mal-fidi Nisranija kif kienet mgħallma mill-Appostli.
L-Evanġelji Apokrifi li l-aktar huma magħrufa
L-Evanġelju ta’ Tumas – Dan mhuwiex rakkont tal-ħajja ta’ Ġesù, iżda ġabra ta’ xi tagħlim attribwit lilu. Xi studjużi jqisuh bħala importanti għall-istudju storiku, iżda fih ukoll ideat influwenzati mill-Gnostiċiżmu.
L-Evanġelju ta’ Pietru – Dan jirrakkonta l-passjoni, il-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù b’dettalji li ma nsibuhomx fl-Evanġelji kanoniċi. Xi partijiet tiegħu huma meqjusa bħala esaġerati jew simboliċi ħafna.
L-Evanġelju ta’ Marija – Dan jagħti importanza kbira lil Marija ta’ Magdala u jippreżentaha bħala dixxipla li rċeviet tagħlim speċjali mingħand Ġesù.
L-Evanġelju ta’ Ġuda – Dan jippreżenta lil Ġuda l-Iskarjota b’mod differenti ħafna minn dak tal-Evanġelji Bibliċi. Minflok muri bħala traditur biss, jidher ukoll bħala wieħed li wettaq missjoni speċjali mitluba minn Ġesù nnisu. Din il-fehma mhijiex aċċettata mit-tagħlim nisrani tradizzjonali.
Il-Protoevanġelju ta’ Ġakbu – Dan jitkellem prinċipalment dwar it-twelid u t-tfulija ta’ Marija u t-twelid ta’ Ġesù. Minnu ġejjin diversi tradizzjonijiet insara, bħal per eżempju l-ismijiet tal-ġenituri ta’ Marija Omm Ġesù, Ġwakkin u Anna.
L-Evanġelju tat-Tfulija minn Tumas – Jirrakkonta stejjer dwar Ġesù meta kien tifel, inklużi mirakli straordinarji li ma jissemmewx fl-Evanġelji kanoniċi.
L-Evanġelju tat-Tfulija fl-Eġittu – Dan jinkludi diversi leġġendi dwar it-tfulija ta’ Ġesù u l-vjaġġ tal-Familja Mqaddsa lejn l-Eġittu.
Għalkemm il-Knisja dawn il-kitbiet ma tqishomx bħala parti mill-Iskrittura Mqaddsa, l-Evanġelji Apokrifi huma importanti għaliex juru x’kienu jaħsbu xi komunitajiet Insara tal-ewwel sekli. Huma jgħinu wkoll lill-istudjużi jifhmu kif żviluppaw ċerti tradizzjonijiet. Xi wħud minnhom influwenzaw ukoll l-arti, il-letteratura u xi d-devozzjoni insara.
Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-istudjużi jqisu li dawn il-kitbiet inkitbu bejn it-tieni u r-raba’ seklu, jiġifieri wara l-erba’ Evanġelji kanoniċi, u għalhekk mhumiex meqjusa bħala xhieda diretta tal-Appostli.
Għalhekk, għalkemm dawn l-Evanġelji Apokrifi huma dokumenti storiċi u reliġjużi ta’ interess kbir, iżda mhumiex parti mill-Bibbja u ma għandhomx l-istess awtorità ta’ Kotba Bibliċi. Peress li Joffru ħarsa lejn il-mod kif xi gruppi differenti ta’ Nsara fehmu lil Ġesù u l-messaġġ tiegħu matul l-ewwel sekli tal-Kristjaneżmu, għalhekk, huma ta’ valur għall-istudju tal-istorja tal-Knisja u tal-iżvilupp tat-tradizzjoni Nisranija, iżda għandhom jinqraw b’għarfien tal-kuntest storiku u teoloġiku tagħhom.