Pass ieħor mal-Papa Ljun fl-Enċiklika tiegħu dwar din l-Umanità tal-Għaġeb maħluqa minn Alla

19 ta’ Ġunju 2026: Illum bdejna it-Tielet Kapitlu bil-Malti

Wara li tlestew bil-Malti, l-Introduzzjoni u l-ewwel żewġ kapitli tal-Enċiklika Magnifica Humanitas tal-Papa Ljun XIV, illum għadna kif bdejna ntellgħu fuq il-Liakos (https://laikosblog.org/magnifica-humanitas-mt/), it-tielet kapitlu li jitratta fuq …

Il-Kobor tal-Bniedem quddiem il-wegħdiet tal-Intelliġena Artifiċjali

Dan il-kapitlu jibda minn paragrafu 90 u fih il-Papa Ljun XIV jikteb …

90. Wara li fakkart liema huma dawk il-prinċipji li jdawlu d-Duttrina soċjali, nixtieq li nitfgħu ħarsitna fuq xi sfidi li jmissu mill-qrib il-mod ta’ kif aħna ngħixu llum. Ix-xbieha biblika li qed issieħeb dawn il-paġni hi dik ta’ binja: minn naħa t-torri ta’ Babel, fejn l-opra komuni hi mmexxija minn proġett ta’ dominju li jispiċċa biex ineżża’ mill-umanità (ara Ġen 11:1-9); mill-oħra r-rovini ta’ Ġerusalemm, li taħt Neħemija jerġgħu jinbnew biċċa biċċa, bħala opra ta’ responsabbiltà maqsuma flimkien (ara Neħ 2-6). Aħna msejħin nistaqsu lilna nfusna fuq dan is-sit kbir ta’ kostruzzjoni tal-epoka tagħna: x’qegħdin nibnu? Filwaqt li l-iżvilupp teknoloġiku qed jibdel b’rata mgħaġġla lingwaġġi, relazzjonijiet, istituzzjonijiet u xejriet ta’ poter, aħna li nemmnu għandna u nistgħu nagħżlu liema proġett naħdmu fuqu u b’liema stil nagħmlu dan, biex inħarsu u nivvalorizzaw l-umanità tal-għaġeb li hi mogħtija lilna b’don. Din mhix għażla fuq il-futur tagħna, imma fuq il-preżent tagħna, għax l-intelliġenza artifiċjali u t-teknoloġiji l-oħra li qed jiżviluppaw huma diġà parti mill-ħajja tagħna ta’ kuljum.

Stedina lilek biex tingħaqad magħna …

Jekk inti tixtieq taqra dak li hemm fl-Enċiklika qabel dan il-paragrafu, u tkompli timxi magħna wkoll, ftit passi kuljum ma’ dan id-dokument soċjali tal-Papa Ljun XIV, allura nistiednek tidħol kuljum f’din il-paġna tal-Laikos … https://laikosblog.org/magnifica-humanitas-mt/

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading