VJAĠĠ APPOSTOLIKU FIL-VENEZUELA,
ECUADOR, PERÙ, TRINIDAD-TOBAGO
QUDDIESA FIL-PLAZA DE ARMAS FIL-PERÙ
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
l-Ġimgħa, 1 ta’ Frar 1985
Jiena d-dielja, intom il-frigħi. Min jinqà fija u jiena fih, jagħmel ħafna frott. Intom ħbiebi, jekka tagħmlu dak li jiena nikkmandakom. Dan hu li qiegħed nikkmandakom: li tħobbu lil xulxin (cf. Gv 15, 1-17).
1. Is-silta evanġelika li għadna kemm xandarna f’din il- Plaza de Armas ta’ belt li 450 sena ilu semgħet għall-ewwel darba it-tagħlim tal-Vanġelu, tistedinna għal għażla ħielsa u rrevokabli ta’ fedeltà u mħabba totali għaal Ġesù Kristu. Huwa hu ċ-ċentru vitali tal-eżistenza tagħna, l-oriġni tas-sejħa tagħkom għall-qdusija, l-oġġett tal-proġetti apostoliċi tagħkom, għeżieħ saċerdoti, reliġjużi rġiel u nisa, seminaristi, membri tad-diversi movimenti apostoliċi, kongregazzjonijiet, konfraternitajiet, gruppi ta’ talb u ta’ riflessjoni biblika, nejolatekumenali, appartenenti għall-apostolat tat-talb u oħrajn hawn miġbura.
Intom il-qawwiet tal-Knisja fil-Peru. L-ewwel minn dawn il-qawwiet huwa dak li sejjaħ lilu nnifsu “il-vera dielja”: Ġesù Kristu. Lilna lkoll jgħid:”Jiena d-dielja, intom il-frigħi. Ibqgħu fija . . . għax mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn” (Ġw 15, 4-5). Din hija stedina għalina, li aħna mdaħħla fih permezz tal-Magħmudija u mbagħad permezz tas-sagramenti l-oħra u ;=kariżmi rispettivi biex infittxu l-intimità tal-grazzja vivifikanti tiegħu. Din hija l-istedina biex ngħixu l-ikbar kariżma li hina l-karità (cf. 1 Kor 13, 13). Din hija l-istedina amoruża biex nibqgħu dejjem magħqudin miegħu bħala garanzija ta’ fertilità personali u apostolika. U hija fl-istess ħin sejħa għall-għaqda ekkleżjali, sabiex il-grazzja ta’ Kristu taslilna bla taqta permezz tal-Knisja, ġisem Kristu, sinjal li jirrendi viżibli u jwettaq I;=komunikazzjoni miegħu.
Din l-għaqda ekkleżjali taffettwa f’kull dijoċesi madwar l-isqof. Fil-fatt, lill-isqfijiet – magħqudin tajjeb: “cum et sub Pietro” (cf. Christus Dominus, 2) – imiss li jiggarantixxu l-ekkleżjalità tat-tagħlim, tal-kult, tal-komunjoni fil-karità f’kull Knisja lokali. Għal dan l-opera ekkleżjali tagħhkom – saċerdotali, reliġjuża, lajkali – tkun fertili biss jekk titwettaq f’għaqda stretta mar-ragħaj leġittmu.
Għalhekk, fl-esseri u fl-aġir tagħkom ħossu x-xewqa li tibqgħu magħqudin ma’ Ġesù Kristu fil-Knisja tiegħu, din is-siġra kbira li fiha huma mlaqqma bosta frigħi. U ladarba il-fergħa ma tistax tgħix mifruda miz-zokk, linqas il-fergħa tad-dielja, ingħaqdu b’mod vitali ma’ Kristu, għaliex kull membru u kull Knisja lokali jingħaqdu miegħu bil-qies li bih jieħdu sehem fil-kurrent vitali li jgħajjex is-siġra kollha. Din l-għaqda maz-zokk hija ggarantita u turi ruħha fl-għaqda mar-Ragħaj universali, mal-Isqof ta’ Ruma u suċċessur ta’ Pietru, li llum qiegrd iżurkom. Mela, dan il-vjaġġ pastorali għandu jfisser għalikom tqawwija tal-inseriment fl-unika dielja, Kristu, u fil-Knisja tiegħu. Mingħajr dan iġġarrbu x-xorti tal-fergħa mifruda mid-dielja, li tinxef mingħajr ma tagħti frott (cf. Ġw 15, 6).
2. Għeżież saċerdoti dijoċeżani u reliġjużi, li mir-reġjuni kollha tal-Pajjiż tajtu appuntament biex illum tkunu mal-Papa, Kristu jirrepetilkom b’aċċent ta’ fiduċja mmensa u mħabba: “Intom il-ħbieb tiegħi… għaliex dak kollu li smajt mingħand il-Missier jiena għarraftulkom” (Ġw 15, 12-13). Kemm għandu jinkuraġġikom dan il-kliem fis-solitudni tagħkom f’pajjiżi iżolati, fejn diffiċilment tilħaq il-konsolazzjoni fraternal! Kemm għandu jinkuraġġikom fl-ansjetà tagħkom quddiem “it-traġedja tal-bniedem konkret tal-oqsma u l-bliet tagħkom, mhedded kuljum fl-istess għixien tiegħu, imfarrak mill-miżerja, mill-ġuħ, mill-mard, mill-qagħad”!Quanto devono incoraggiarvi queste parole nella vostra solitudine in paesi isolati, dove difficilmente giunge la consolazione fraterna! Quanto devono incoraggiarvi nella vostra angustia davanti alla “tragedia dell’uomo concreto dei vostri campi e città, minacciato quotidianamente nella sua stessa sussistenza, affranto dalla miseria, dalla fame, dalla malattia, dalla disoccupazione”! (Ġwanni Pawlu II, Allocutio ad quosdam Peruviae Episcopos occasione oblata eorum visitationis “ad limina”, 4, 4 ottobre 1984: Insegnamenti di Giovanni Paolo II, VII/2 [1984] 740). Kemm għandu jserraħ lil qalbkom saċerdotali quddiem kull forma ta’ inġustizzja, ta’ abbuż tal-qawwija, ta’ vjolenza li timmaltratta lid-dgħajfin u liċ-ċkejknin (f’ċerti setturi) tal-valuri umani!
Naf dwar ir-rifjut li jinkwiet lil qalbkom meta taraw lid-dinja teżalta l-ansjetà eċċessiva u krudila li jkollha, ta’ poter u ta’ pjaċir. Iżda Kristu huwa magħkom bħala ħabib, huwa jaf dak li tfissru għall-Knisja u s-sagrifiċċji ta;=missjoni tagħkom bħala xhieda tal-fidi u qaddejja tal-aħwa. Għal dan il-Papa jgħidilkom: ġeddu l-ottimiżmu tagħkom. It-tama tagħkom mhix se tkun iffrodata. Kristu jikkumpanjakom u rebaħ id-dinja!
Ħbieb ta’ Ġesù, iddestinati biex tagħtu frott li jibqà (cf. Ġw 15, 16). Kbir huwa l-impenn tag[kom saċerdotali. La taqtgġux qalbkom fih. La tibżgħux ixxandru l-messaġġ tal-fidi, tal-ġustizzja u tal-imħabba. Kunu dejjem magħqudin mal-isqfijiet tagħkom; kunu magħqudin bejnietkom bil-ħbiberija u bl-għajnuna reċiproka. Imma fuq kollo, żommu għaqda kostanti ma’ Kristu fit-talb u fis-sagramenti, “għaliex dak kollu li titolbu lill-Missier f’ismi., huwa jagħtihulkom” (Ġw 15, 16). F’dan is-sens ftakru li l-Ewkaristija Mqaddsa hija r-raġuni tas-saċerdozju tagħkom, sal-punt li is-saċerdot ma jistax iwettaq lilu nnifsu għal kollox jekk l-Ewkaristija ma ssirx ċentru u għerq ta’ ħajtu.
Intom il-ħbieb ta’ Ġesù u ikkonsadrajrulu l-eżistenza tagħkom. Ġeddu għalhekk kontinwament u feliċament d-donazzjoni tagħkom fiċ-ċelibat li permezz tiegħu “il-presbiteri jikkonsagraw ruħhom lil Kristu f’forma ġdida u delizzjuża, jingħaqdu miegħu iktar faċilment b’qalb indiviża, jiddedikaw ruħhom b’mod iktar liberu fih u għalih fis-servizz ta’ Alla u tal-bnedmin” (Presbyterorum ordinis, 16). Immeditaw kuljum l-imħabba nfinita ta’ Kristu, li dar fuq kull wieħed minkom u qalilkom: imxu warajja! Din is-sejħa għandha s-sors aħħari tagħha fl-imħabba li biha l-Missier iħobb lill-Iben: “Kif il-Missier ħabb lili, hekk ukoll jien ħabbejt lilkom” (Ġw 15, 9). Din hija l-vokazzjoni vera li għandkom tikkultivaw fil-kobor awtentiku tagħha.
3. Lilkom ilkoll, imma b’mod speċjali lis-saċerdoti, jiddiriġina l-kliem tal-Mulej “Jiena ħtartkom biex tmorru u tagħmlu l-frott” (Ġw 15, 16). Permezzt al-predikazzjoni tagħkom, tal-amministrazzjoni tas-sagramenti, tal-opri tal-karità, Keistu jkompli r-red enzjoni. Permezz tagħkom juri l-ħniena li taħfer fis-sagrament tal-Penitenza. Eżerċitaw, għalhekk, b’ġenerożità il-ministeru tagħkom, li l-grazzja ta’ Kristu tagħmli fertili.
Fl-eħortazzjoni apostolika riċenti Reconciliatio et paenitentia indikajt kif l-amministrazzjoni tas-sagrament tal-maħfra hija “bla dubju l-iktar diffiċli u delikata, l-iktar fatikuża u esiġenti, iżda wkoll waġda mill-ministeri l-iktar sbieħ u konsolanti tas-saċerdot” (Ġwanni Pawlu II, Reconciliatio et paenitentia, 29). Kunu għalhekk intom li qegħdin tisimgħuni – saċerdoti, reliġjużi, lajċi – l-ewwel li tirċievu bi frkwenza dan is-sagrament, b’fidi awtentika u devozzjoni (Ivi, 31, VI); u fl-opri apostoliċi tagħkom la tinsewx il-katekeżi fuq ir-realtajiet kollha li għandhom x’jaqsmi ma’ dan is-sagrament.
Saċerdoti ħbieb ta’ Ġesù, ministry tar-redenzjoni tiegħu: intom imsejħa biex tqanqlu froee ta; qdusija u wkoll, mill-Vanġelu, frott tal-ġustizzja, skont it-tagħlim soċjali tal-Knisja. Għal dan, bħalma għidt ftit ilu lill-isqfijiet tagħkom, :huwa meħtieġ lo lkoll… taħdmu serjament – u fejn ikun hemm bżonn ukoll b’iktar impenn – għall-kawża tal-ġustizzja u tad-difiża tal-fqir” (Ġwammi Pawlu II, Allocutio ad quosdam Peruviae Episcopos occasione oblata eorum visitationis “ad limina”, 4, 4 ottobre 1984: Insegnamenti di Giovanni Paolo II, VII/2 [1984] 740). Imma ftakru li l-missjoni propja tal-Knisja hija li “tirrivela lil Kristu lid-dinja, li tgħin lil kull bniedem sabiex jiltaqà miegħu innifsu fih” (Ġwanni Pawlu II, Redemptor hominis, 11).
4. Kristu jsejjaħ lilkom ukoll għall-ħbiberija tiegħu, għall-intimità miegħu, għeżież tiegħi seminaristi hawn preżenti. Ħafna mill-ħwejjeġ li għidt għas-saċerdoti għandhom valur ukoll għalikom li qegħdin tħejju ruħkom biex tkunu hekk intom ukoll. Għalikom ukoll Ġesù huwa l-ħajja, il-linfatika, il-qawwa u l-eżempju. Għal dan għandkom titgħallmu minnu, tiffamiljaw ruħkom mal-persuna tiegħu u mal-proġett tiegħu ta’ salvazzjoni, biex tagħmlu l-idejal tagħkom ta’ ħajja u ispirazzjoni tal-entużjażmu ġovanili kollu tagħkom. Aħsbu f’dan ir-rigward, għal dak li għidt lill-isqfijiet tagħkom fl-aħħar żjara tagħhom “ad limina” (Ġwanni Pawlu II, Allocutio ad quosdam Peruviae Episcopos occasione oblata eorum visitationis “ad limina”, 4, 24 maggio 1984: Insegnamenti di Giovanni Paolo II, VII/1 [1984] 1490ss.); sadattant ninkuraġġikom biex taċċettaw sens kbir soprannaturali fl-eżistenza tagħkom. Kunu fidili għat-talb ta’ kuljum, itrattaw bi pietà fikjali lil Marija Santissma u duru b’fiduċja għall-għajnuna tas-superjuri u l-edukaturi tagħkom. Ftakru li l-formazzjoni tagħkom tirrikjedi studju profonde serju u sagrifikat. Parti minn dan is-sagrifiċċju se tkun iċ-ċaħda għal okkupazzjonijiet oħra li jieħdu l-ħim u l-enerġiji lit-tħejjija tagħkom speċifikament saċerdotali.
5. “Mhux intom għażiltu lili, imma jien għażilt lilkom” (Ġw 15, 16). Id-diwi ta’ din is-sejħa personali ta’ Ġesù ikkonfigurat il-vokazzjoni tagħkom, għeżież reliġjużi rġiel u nisa, li tgħabbikom bil-ferħ ta’ parti kbira tax-xogħol apostoliku fil-Perù. Din l-inizjattiva divina tas-sejħa tagħkom hija frott tal-imħabba: “Jiena ħabbejtkom . . . Intom ħbiebi” (Ġw 15, 9 e 14). U l-leħen ta’ Krist usar donazzjoni tagħkom, totali u definittiv, permezz tal-voti tal-faqar, kastità u ubbidjenza. It-tweġiba tagħkom kienet serena u ġeberuża, ekkleħjali u soprannaturali fil-motivazzjonijiet tagħkom.
Mela la tippermettux għal kull tentattiv li tissekolarizzaw ħajjitkom reliġjuża, linqas li tinvolvuha fi proġetti soċjo-polutiċi li għandhom ikunu barranin, u tinsewx ir-responsabiltà li tixhdu l-attwalità tal-proġett nisrani integralment quddiem is-soċjetà u d-dinja ta’ issa. Kunu fidili għall-missjoni tagħkom u għall-kariżma tal-fundaturi tagħkom. B’ubbidjenza lejn il-Knisja.
“Bosta familji reliġjużi twieldu għall-edukazzjoni nisranija tat-tfal u taż-żgħażagħ, b’mod speċjali ta’ dawk l-iktar abbandunati” (Ġwanni Pawlu II, Catechesi tradendae, 65). Jalla l-preokkupazzjonijiet għas-servizz f’oqsma apostoliċi oħra ma jbegħdukomx minn din il-missjoni li l-Knisja afdatilkom. Naf li tagħmlu bosta f’dan il-qasam; komplu ddedikaw ruħkom għalih b’ġenerożità.
“Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti” (Ġw 15, 10). Il-fedeltà hija l-prova tal-imħabba. Barra minn dan, l-insara għandhom dritt jesiġu mill-persuna kkonsagrata sħubija sinċiera u ubbidjenza tal-kmandamenti ta’ Kristu u tal-Knisja. Għalhekk, għandkom tevitaw dak kollu li jist jġegħlkom taħsbu li teżisti fil-Knisja ġerarkija doppja jew maġisteru doppju. Għixu u nisslu dejjem imħabba profonda għall-Knisja, u adeżjoni lejali għat-tagħlim kollu tagħha. Tkunu qatt portaturi ta’ inċertezzi, imma ta’ ċertezzi ta’ fidi. Ittrażmettu dejjem il-veritajiet li jipproklama l-maġisteru; mhux idejoloġiji li jgħaddu. Biex tibnu lill-Knisja, għixu l-qdusija. Din twassalkom, jekk ikun meħtieġ, għall-prova suprema tal-imħabba għall-oħrajn, għaliex “Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu” (Ġw 15, 13).
F’din il-linja rrid nesprimi l-istima kollha tiegħi u l-inkuraġġiment lill-membri tal-istituti sekolari jew tas-soċjetajiet ta’ ħajja apostolika li jaħdmu qatigħ u jagħtu xhieda ta’ Kristu, bil-preżenza speċifika tagħhom, fl-oqsma kollha tal-ħajja tal-Knisja.
6. Lilkom ukoll, Lajċi tad-diversi movimenti ekkleżjali, nistieden biex tilqgħu l-leħen ta’ Kristu f’din il-laqgħa: “Din hi l-glorja ta’ Missieri: li intom tagħmlu ħafna frott u tkunu dixxipli tiegħi” (Ġw 15, 8). Immeditaw sewwa dan il-kliem, maħbubin djakni permanenti. Kristu jkompli jistenna bosta frott mill-attività tagħkom, katekisti lajċi, li b’dedikazzjoni hekk denja ta’ gratitudni teżerċitaw missjoni prezzjuża ta’ apostolate sekolari. Komplu b’entużjaż,u l-opra tagħkom, iffurmaw dejjem aħjar skont l-indikazzjonijiet ar-rgħajja tagħkom u għixu b’mod eżemplari l-kelma li tgħallmu.
Madwar il-misteri tal-ħajja, il-passjoni u l-mewt tal-Feddej, tal-Imqaddsa Ommu u tal-qaddisin, iddur il-ħajja tal-komgregazzjonijiet u tal-konfraternitajiet.Kif nistgħu ninsew il-kongregazzjoni tal-“Cargadores del Señor de los Milagros” jew dawn il-konfraternitajiet l-oħra differenti li fihom tant oħrajn ifakkru l-qaddisin patruni tagħhomo? Kristu jistenna bħala frott ta’ dawn id-devozzjonijiet li jkunu għal kulħadd sejħa kontinwa għall-konverżjoni, għat-twettiq fidil tal-kmandamenti ta’ Alla, għal ħajja familjari kuljum iktar nisranija, biex jirċievu spiss is-sagramenti tal-Penitenza u tal-Ewkaristija ugħas-sehem fidil u kostanti għall-quddiesa ta’ nhar ta’ Ħadd.
Il-Knisja ta’ Kristu, biex tassikura l-fertilità tagħha, hija dejjem Knisja li titlob. Ukoll fost il-lajċi. Illum jeżisti kurrent qawwi ta’ talb fl-intern tal-Knisja. F’dan il-qasam huwa meħtieġ dixxerniment attent tal-ispirti taħt l-awtorità tal-Knisja. Barra minn dan, billi dan il-kurrent ta’ talb huwa movement li jirrigwarda tant konfessjonijiet insara, irid ikollkom ħafna attenzjoni tal-identità ġenwina tal-fidi tagħkom.
Fl-aħħarnett, minħabba r-rabta stretta li għandha mal-Papa u għall-għeruq profondi li għandha fil-poplu tagħkom, irrid ninkuraġġixxi lill-membri tal-Apostolat tat-talb, sabiex jgħaqqdu t-talb tagħhom ma’ tiegħi bħala Ragħajt al-Knisja universali, biex nipproduċu frott ġdid ekkleżjali.
Huma bosta l-oqsma li fihom Kristu u l-Knisja jistennew fertilità mġedda, kemm minn kull lajk kif ukoll mill-movimenti apostoliċi mpenjati biex jagħmlu preżenti l-valuri tal-Vanġelu fid-dinja. Niġbed l-attenzjoni tagħkom għal dawk tal-familja, tal-edukazzjoni, tal-komunikazzjonijiet soċjali, l-attività politika, id-difiża tad-dinjità tal-bniedem u tad-drittijiet inaljenabli tiegħu, il-ptotezzjoni ta’ dawk l-iktar dgġajfa u fil-bżonn, il-moralizzazzjoni tal-ħajja pubblika, il-promozzjoni tal-ġustizzja u tal-paċi (cf. Puebla, 790-792). F’dan kollu huwa huma soprament important li l-poplu ta’ Alla jħossu dejjem magħqud ma’ Kristu u ma jitlifx l-identità tiegħu, linqas ma jissubordina l-kontenuti tal-Vanġelu għall-kategoriji politiċi jew soċjoloġiċi. Hija responsabiltà ta’ kulħadd, prinċipalment tar-rgħajja, li jgħassu sabiex il-Knisja ma titlifx il-wiċċ awtentiku tagħha.
7. Għeżież ħuti: quddiem il-waqtiet diffiċli li tgħixu fil-ħajja komunitarja tagħkom, quddiem il-kriżijiet tas-soċjetà tagħkom, huwa meħtieġ li tipproċedu għal rinġovament tal-ispirti bil-qawwa tal-imħabba li tiġi minn Kristu. Imħabba totali u mimlija ċahda tal-bniedem għalih innifsu, għaliex “ħadd ma għandu mħabba ikbar minn din: li jagħti ħajtu għal ħbiebu” (Ġw 15, 13). Din l-imħabba tirrendina possibli li nġixu l-ħajja bid-dinjità massima, u poġġuha għad-dispożizzjoni tal-oħrajn, biex tgħinhom jirrejalizzaw bid-dinjità tagħhom; tirrendina kapaċi niffaċċjaw bla biżà l-futur, impenjati biex nibnu bniedem u dinja ġodda, iktar ġusti u umani, miftuħin għal Alla u mhux magħluqin f’soluzzjonijiet materjalisti żbaljati. Għaliex “umaniżmu magħluq, insensibli għall-valuri tal-ispirtu u għal Alla, li hu s-sors tiegħu, jistà apparentament ikollu possibiltajiet li jitrijonfa. Bla dubju l-bniedem jistà jorganizza l-art mingħajr A, imma mingħajr Alla ma jistax, fl-aħħar minn l-aħħar, għajr jorganizzaha kontra l-bniedem” (Pawlu VI, Populorum progressio, 42).
Nistieden, għalhekk, lilkom ilkoll, qawwiet ħajjin tal-Knisja fil-Perù, biex iġġeddu d-donazzjoni tagħkom lil Kristu, u bih biex taħdmu bla taqtgħu għall-promozzjoni tal-bniedem u għall-ħelsien tiegħu mid-dnub u mill-inġustizzja. Segwu f’dan l-orjentamenti validi ndikati mill-isqfijiet tagħkom fid-dokument reċenti fuq it-Tejoloġija tal-liberazzjoni. Ftakru dejjem li Kristu huwa l-bniedem il-ġdid: il-bnedmin il-ġodda jistgħu iqumu biss b’xebħ tiegħu. Huwa hu l-ġeblatax-xewka biex nibnu dinja ġdida. Fih biss insibu l-verità totali dwar il-bniedem, li tirrendih ħieles internament u esternament f’komunità libera. Huwa biss hu d-dielja, li l-friegħi tagħha ħajjin u fertili rridu nkunu aħna.
Imlaqqma fih, mitnugħa mill-ilma tal-ħajja tiegħu, iggwidati mill-Omm tat-tama, mogħtija għall-bniedem tallum, saċerdoti, erwieħ ikkonsagrati, lajċi nsara, xhieda fertili tal-imħabba tal-Missier. Għal dan kollu serrħu fuq l-inkuraġġiment tiegħi u l-barka kordjali tiegħi.
Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb