Id-diċenza fl-ilbies. Kitba ta’ Patri Juan De Bono ocd

Darba konna nużaw il-kelma ‘diċenza’ !!!!!!

Illum din il-kelma lanqas għadha biss tissemma.

Ma tista’ tħares imkien

Xi mindaqqiet fit-toroq tagħna ikollok timxi b’għajnejk mgħottija bħaż-żwiemel, għax l-infern dritt jitfgħuk jekk toqgħod tħares (sija irġiel u sija nisa lebsin indiċenti fit-toroq tagħna).

And by the way L-INFERN JEŻISTI TAFX !!!!!!

L-ilbies tat-tiġien

Biex ma nsemmux imbagħad it-tiġien.

Nistqarr li NIEĦU QATA’ meta jkolli nippressiedi xi Quddiesa tat-tieġ (anki meta l-għarajjes ikunu attivi fil-Knisja).

Emmnuni jiena ma nafx kif ma jistħux… għax dan jafu li huwa mpossibli li min ikun mistieden ma jħarisx.

Darba meta kkummentajt ma saċerdot ieħor li kien qiegħed iqaddes miegħi waqt Quddiesa ta’ tieġ, dan is-saċerdot qalli: ‘GĦAX MA JSIBUX ILBIES DIĊENTI!!!!’

Well, F’DAK IL-KAZ MELA JIĠU LIBSIN LIBSA NORMALI, LI IMMA TKUN DIĊENTI (u hekk jiffrankaw balla ewro).

San Pawl igħidilna ‘MA TAFUX LI ĠISIMKOM HUWA TEMPJU TAL-ISPIRTU S-SANTU’ (1 Kor 6, 19)

Int tħarisx !!!

Jgħidulek INT GĦALA TĦARES ? Sinjal li jogħġbok la tħares !!!!!!

Ftit tal-jiem ilu, Sindku għamel tabelli li kienu javżaw li min jinqabad liebes il-malja fit-toroq tal-lokalita’ li tagħha hu Sindku, jingħata multa…….

Ahhhhhhh kieku tassew jingħataw multi, t-toroq jistgħu jsiru tad-deheb flok bit-tarmac.

Ilbies skullat

Imbagħad jekk ifettillek tgħaddi xi kumment dwar ilbies li jkun SKULLAT (kelma oħra li nqatgħet mil-vokabularju Malti), malajr jgħidulek li int moħħok magħluq u li INT IL-PROBLEMA. Jgħidulek ukoll biex ma tħarisx jekk ma jogħġbokx.

Tajjeb ukoll !!!!!!!!!

Min ikun liebes skullat (sija irġiel u sija nisa) u jkun fil-pubbliku apparti li qiegħed juri nuqqas  ta’ rispett lejh innifsu, jista’ jkun qiegħed iqiegħed lil oħrajn f’periklu li jidimbu huma wkoll bil-ħars !!!!

Ma żwieġhom/marthom imbagħad meta jkunu d-dar jkunu libsin diċenti

Is-sabiħa mbagħad li xi wħud minn dawn li jkunu libsin skullat, meta jkunu d-dar imbagħad ma żwieġhom jew marthom jilbsu onella li tgħattihom minn rashom sa saqajhom u ara jfettillu r-raġel (jew il-mara) tgħid jew igħid xi nofs kelma, għax malajr jsibu miljun skuża biex jiġġustifikaw għemilhom. U again naf x’qiegħed ngħid……

Insomma għandu jkun f’din id-dinja kollox bil-maqlub.

One thought on “Id-diċenza fl-ilbies. Kitba ta’ Patri Juan De Bono ocd”

  1. Very well written. Jien Inkun il katidral ta l Imdina Spiss u. hemm trid tara loxenita ta llbis, kemm tal gharusa u il crew taghha, u kemm il mistidnien.Jiena qatt ma nilbes, lanqas shorts, meta mur ghal serviz il knisja. Jekk immur ghand il president, jew prim ministru, nilbes lahjar ilbies, ghal Kbir Alla LE?????

    (Please Excuse my poor Maltese comments, kindly correct mistakes. Please do not make any of my details public)

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading