Lectio Divina: L-GĦID IL-KBIR

Vanġelu:  Ġużeppi minn Arimatija u Nikodemu dilku l-ġisem ta’ Ġesu bi ħwawar ifuħu. Keffnuh u poġġewh f’qabar fejn ħadd qabel ma kien indifen. Wara marru d-dar għax kien il-vġili tal-Għid tagħhom u għalhekk kellhom jagħmlu l-ikla tal-ħaruf.  F’ħafna kulturi, anki dawk mhux Insara, insibu li l-qraba jippreparaw b’ħafna kura il-ġisem ta’ xi ħadd għażiż għad-difna. Dan juri li għandhom tama ta’ ħajja oħra wara l-mewt.  Barra l-ilbies li se jkeffnuna fihom, aħna se jkollna ilbies ieħor – l-għemejjel tajbin kollha li nkunu għamilna u li bihom se nippreżentaw rwieħna quddiem il-Mulej.  Continue reading “Lectio Divina: L-GĦID IL-KBIR”