Home > Lectio Divina > Lectio Divina: L-GĦID IL-KBIR

Lectio Divina: L-GĦID IL-KBIR


Vanġelu:  Ġużeppi minn Arimatija u Nikodemu dilku l-ġisem ta’ Ġesu bi ħwawar ifuħu. Keffnuh u poġġewh f’qabar fejn ħadd qabel ma kien indifen. Wara marru d-dar għax kien il-vġili tal-Għid tagħhom u għalhekk kellhom jagħmlu l-ikla tal-ħaruf.  F’ħafna kulturi, anki dawk mhux Insara, insibu li l-qraba jippreparaw b’ħafna kura il-ġisem ta’ xi ħadd għażiż għad-difna. Dan juri li għandhom tama ta’ ħajja oħra wara l-mewt.  Barra l-ilbies li se jkeffnuna fihom, aħna se jkollna ilbies ieħor – l-għemejjel tajbin kollha li nkunu għamilna u li bihom se nippreżentaw rwieħna quddiem il-Mulej. 

  1. Is-Sibt kien jum ta’ mistrieħ. Dawk li kienu jħobbu lil Ġesu żgur li għaddewh fis-skiet.  Minn moħħhom għaddew ħafna ħsibijiet: “Mhux suppost li Ġesu kellu jispiċċa hekk.  Għaliex Alla ma ndaħalx biex jeħilsu?”
  2. Il-Ħadd kien l-ewwel jum tal-ġimgħa. L-ewwel li tissemma’ hi Marija Maddalena.  Qabel ma sebaħ ġiet ħdejn il-qabar. (Dil-kelma ‘qabar’ tidher seba’ darbiet f’dis-silta).  Ma setgħetx taċċetta li Ġesu li kienet tant tħobb huwa mejjet.  Ma kienx hemm tama aktar, imma ġiet hawn forsi ssib tweġiba għall-mistoqsijiet ta’ moħħha: “Għaliex ġara dan? Għaliex issa?”  Marija tirrapreżenta dawk kollha li jħobbu ‘l Ġesu u jsaqsu l-istess mistoqsijiet fuq il-mewt ta’ Ġesu u fuq l-enigma tal-mewt in ġenerali.  Marija tasal hawn fid-dlam.  Illum jew għada kulħadd se jaqa’ vittma ta’ dan il-mostru li hi l-mewt.  Marija rat il-blata mneħħija u l-qabar vojt, u telqet tiġri tgħid lil Pietru u lid-dixxiplu l-ieħor.  L-evanġelisti ma kellhomx dubju li l-ġebla kienet imgerrba u l-qabar kien vojt.  Kieku dan ma kienx veru u vvintawh huma, ma kinux jinvolvu nisa fil-ġrajja, għax ix-xhieda tagħhom ma kinitx tiswa.  Ġesu kien qal: “Nidrob ir-ragħaj u l-merħla tixtered.” Hawn għandna l-Maddalena li bdiet terġa’ tiġbor in-nagħaġ flimkien.  Dil-mara, bħal waħda f’telfa ta’ mħabba għall-għarus tagħha, ma tistax taċċetta li Ġesu miet. Tibqa’ tfittex xi raġuni li jtiha sens.  Anki aħna, jekk tassew inħobbu ‘l Ġesu, ma niddisprawx fil-qtigħ ta’ qalb u fid-dubji fuq il-fidi, imma nibqgħu nfittxuh sakemm insibuh.
  3. Iż-żewġ dixxipli: Pietru u “d-dixxiplu l-ieħor” li jissemma’ seba’ darbiet f’S. Ġwann, bla isem u dejjem jgħaddi lil Pietru. E.g. (a) Kien qablu bħala dixxiplu tal-Battista ma’ Indri. (b) Fl-aħħar ċena l-uniku wieħed li għaraf min kien se jbiegħ lil Ġesu. (ċ) Jidħol isegwi l-ġuri tas-Sinedriju, waqt li Pietru jiċħad lil Kristu u jaħrab. (d) Isegwi lil Kristu sa fuq il-Kalvarju.  (e) U llum narawh jiġri ma’ Pietru sal-qabar u jasal qablu.  Mitt sena wara l-mewt ta’ Ġwanni bin Żebedew, il-Knisja bdiet tagħrfu bħala “d-dixxiplu l-ieħor il-maħbub ta’ Ġesu.” Imma fis-silta tal-lum, kull wieħed minna irid jidentifika ruħu ma’ dil-persuna, irid jimxi ( jew jiġri) t-triq li mexa; isegwi ‘l Kristu f’kull pass ta’ ħajtu; u jfittex x’sar minn ħajjet Kristu wara li miet – Hu li hu l-awtur tal-ħajja u li xorta waħda ta ħajtu għalina. Kull wieħed minna hu “d-dixxiplu l-ieħor”.
  4. Din il-ġirja miċ-ċenaklu sal-qabar ħadet li ż-żewġ dixxipli minn quddiem il-pretorju ta’ Pilatu. Faċċata tal-pretorju kien hemm pjazza kbira fejn kienu jarmaw is-suq.  Waqt il-proċess ta’ Ġesu, aktarx li l-Fariżej ġabru folla minn din il-pjazza biex jgħajtu:  “Sallbu”.
  5. “….laħaq qabel, tbaxxa u ra..” Tbaxxa għax id-daħla kienet żgħira. Min iħobb, jinduna mill-ewwel, qabel l-oħrajn. Imma jieħu paċenzja bl-oħrajn li jieħdu ftit taż-żmien sa ma jaslu biex jaraw. Dan hu l-aspett tal-komunita. Ra, mhux biss bl-għajnejn materjali, imma wkoll bil-fidi.  Il-liżar kien ikun erba’ metri b’metru. Bih jgħattu wara u quddiem barra r-ras. Faxex kien ikun hemm biss madwar l-għonq, fil-ġnub u s-saqajn, i.e. mhux bħall-mummja Eġizzjana. Il-wiċċ kien jitgħatta b’maktur li jsejħulu sudarju, li kien iżomm il-ħalq magħluq.  Id-dixxiplu ra l-faxex madwar il-liżar kif kienu fid-difna. Biss issa mingħajr il-ġisem ta’ Ġesu, qisu l-ġisem dab u sparixxa.  Kieku dal-ġisem insteraq, kienu jeħduh bil-faxex b’kollox. U li kieku riedu jħolluhom, żgur ma setgħux jagħmluhom bil-galbu kif sabhom id-dixxiplu.  Mela d-dixxiplu ra dan kollu, fehem li Alla ma abbandunax lil Ġesu fid-dlamijiet tal-mewt, “u emmen”.  Ġesu m’għamilx pass lura u ħa l-ħajja kif kienet qabel mewtu.  Daħal fis-sepulkru, żvojtja l-qabar u ħareġ lil hinn minn din il-ħajja materjali u għadda għall-ħajja glorjuża, il-ħajja tal-Missier Etern.  Kulma ġara hawn, wieħed jista’ jarah biss bl-għajnjen tal-fidi.  Id-dixxiplu emmen.  Ma ppruvax jikkonvinċi lil Pietru. Ħallieh, u tah iċ-ċans biex jasal waħdu hu għall-istess konklużjoni.  Il-faxex biss mhux prova tal-Qawmien.  Ħafna jaqraw dis-silta u ma jemmnux.  Il-mod ta’ kif wieħed iħares, bil-ħarsa ta’ min jemmen, twasslu għall-prova tal-Qawmien: “Imberkin dawk li jaraw.”   Sa dak in-nhar, id-dixxipli kienu għadhom ma fehmux l-Iskrittura li tgħid li kellu jqum mill-imwiet.  Dan il-Għid, ejjew nirriflettu fuq dan id-Dawl li ngħatalna.  Noqgħodu attenti biex ikollna qalb u moħħ sensittivi biex nilqgħu dan id-dawl li jagħti sens lil kull fażi ta’ ħajjitna: il-ferħ, in-niket, it-tamiet, id-diżappunti, il-ħbiberija, l-imħabba.

Sors: lachiesa/it/liturgia/omelie/fr fernando armellini

Categories: Lectio Divina
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: