Meta tkellimhom … itfiħ!

Patri Mario Attard OFM Cap

Niftakarni kważi ħerġin għall-quddiesa ta’ Ħamis ix-Xirka li kellna mal-Arċisqof din is-sena. Qbadnieha imma ma stajniex nissuktaw l-argument. Iżda id-diskors li kien intqal diġà kien interessanti. L-għaliex jibni!

Qalli: “Jidher li għandu messaġġ importanti. Araħ xi jtektek fil-mowbajl!” “Ħeqq illum mingħajr it-teknoloġija ma ngħaddux”, wieġbu l-qassis sieħbu. “Mitt darba u elf”, issokta dan il-qassis għaqli. “Iżda ma nippermetti qatt li xi ħadd ikun qed ikellimni u, fl-istess ħin, ikun qed itektek messaġġ. Dan hu insult!” Nifhmu! Għandu raġun. Anke jien inħossni urtat meta xi ħadd ikun qed ikellimni u f’dak il-ħin stess joqgħod jibgħat il-messaġġi. Mela jiena nista’ nagħmel żewġ affarijiet f’daqqa? Jew nibgħat messaġġ bil-kwiet. Inkella nibqa’ nitħaddet ma’ min inkun qiegħed nitħaddet. Ma ninsa qatt messaġġ li Papa Benedittu XVI kien ta f’wieħed mill-jiem dinjija tal-komunikazzjoni. F’messaġġ minnhom kien qal li l-komunikazzjoni personali, wiċċ imb’wiċċ, għandha tirbaħ fuq kull tip ieħor ta’ komunikazzjoni. Continue reading “Meta tkellimhom … itfiħ!”