L-armla li tefgħet kull ma kellha, dak kollu li kellha biex tgħix

Kelma tal-Ħajja Novembru 2024

“Tassew, ngħidilkom, li din l-armla, fil-faqar tagħha, tefgħet kull ma kellha [fit-Teżor], dak kollu li kellha biex tgħix”.

Din is-silta nsibuha f’għeluq il-kapitlu tnax tal-Vanġelu ta’ San Mark. Ġesù kien fit-tempju ta’ Ġerusalemm fejn kien josserva n-nies ta’  madwaru u jgħallem. Kien hemm diversi tipi ta’ nies ġejjin u sejrin: fosthom kien hemm min kien inkarigat mil-liturġija, oħrajn nobbli lebsin ilbies twil, u nies għonja jitfgħu ħafna flus fit-teżor tat-tempju, eċċ.

Aktar