Kelma tal-Ħajja ta’ Diċembru 2024
Mill-Moviment tal-Fokolari
Dan il-kliem insibuh fir-rakkont ta’ meta l-Arkanġlu Gabriel ħabbar lil Marija ta’ Nazaret bil-pjan li Alla kellu għaliha: hi kellha tnissel iben, twelldu u ssemmieh Ġesù, “Hu jkun kbir, u jkun jissejjaħ Bin il-Għoli”[1]. Twelid tal-għaġeb insibuh fi ġrajjiet oħra tat-Testment il-Qadim, fejn nisa li ma setax ikollhom tfal jew li kienu kibru fl-età, kienu jwelldu trabi li mbagħad kien se jkollhom post importanti fl-istorja tal-fidwa. Għalkemm Marija kienet lesta li twettaq b’mod sħiħ il-missjoni li ssir omm il-Messija, imma hi staqsiet lill-anġlu kif seta’ jseħħ dan, ladarba kienet verġni. Gabriel serrħilha rasha u qalilha li dan ma kienx se jseħħ permezz ta’ bniedem: “L-Ispirtu s-Santu jiġi fuqek, u l-qawwa tal-Għoli tixħet id-dell tagħha fuqek”[2]. Imbagħad qalilha: “għax għal Alla ma hemm xejn li ma jistax isir”[3].
Aktar