(Lq 6, 41).
Il-Kelma tal-Ħajja għax-xahar ta’ Marzu 2025
Kif niżel minn fuq l-għolja, wara li għadda l-lejl jitlob, Ġesù għażel it-tnax-il appostlu. Imbagħad waqaf fil-wita u għamlilhom diskors twil li jibda bil-Beatitudnijiet.
Fil-Vanġelu ta’ Luqa, li hu differenti minn dak ta’ Mattew, insibu li l-beatitudnijiet huma erbgħa. Dawn jitkellmu dwar min hu fqir, min hu bil-ġuħ, imġarrab u dak imwarrab u ppersegwitat. Ma’ dawn insibu twissijiet lill-għonja, lill-imxebbgħin u lil dawk li jidħku1. Dan jurina l-imħabba kbira ta’ Alla għal dawk li huma fl-aħħar postijiet tas-soċjetà, u li Ġesù għamilha l-missjoni tiegħu meta fis-sinagoga ta’ Nażaret2 stqarr li hu kien mimli bl-Ispirtu tal Mulej u ried iwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin, iħabbar il-ħelsien lill-imjassrin u lill-maħqurin.
Aktar