Il-leġġenda tal-pitirross

Kull meta tersaq il-festa tal-Ġimgħa l-Kbira, tiġini f’moħħi l-istorja tal-pitirross. Ma niddejjaq ngħidha qatt. Araw kemm hi sabiħa… Darba waħda kien hemm għasfur ċkejken li telaq mill-bejta biex ifittex l-ikel għaż-żgħar tiegħu. Waqt li kien qed jittajjar, wasal fuq il-Għolja tal-Kalvarju, fil-ħin li Ġesù kien qed imut fuq is-salib. L-għasfur straħ fuq il-għuda tas-salib u beda jħares, b’qalbu sewda, lejn ix-xena ta’ niket li kien hemm madwaru. Continue reading “Il-leġġenda tal-pitirross”