Il-Papa Ljun XIV fl-Udjenza Ġubilari. Tittama jfisser tieħu pożizzjoni.

UDJENZA ĠUBILARI
KATEKEŻI TAL-PAPA LJUN XIV
Pjazza San Pietru
Is-Sibt 22 ta’ Novembru 2025

Katekeżi. 9. Tittama jfisser tieħu pożizzjoni. Dorothy Day

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba u merħba!

Għal ħafna minnkom, il-fatt li llum tinsabu Ruma hu t-twettiq ta’ xewqa kbira. Għal min jgħix pellegrinaġġ u jasal fid-destinazzjoni, importanti jiftakar il-mument tad-deċiżjoni. Xi ħaġa, għall-bidu, iċċaqalqet ġewwa fikom, forsi grazzi għall-kelma jew għall-istedina ta’ xi ħadd ieħor. Hekk, il-Mulej innifsu qabdilkom idejkom: xewqa u mbagħad deċiżjoni. Mingħajr dan, ma kontux tkunu hawn. Importanti tiftakruh dan.

Aktar