Katekeżi tal-Papa Ljun XIV dwar il-Konċilju Vatikan II

LJUN XIV
UDJENZA ĠENERALI
Awla Pawlu VI
L-Erbgħa 7 ta’ Jannar 2026

Katekeżi. Il-Konċilju Vatikan II permezz tad-Dokumenti tiegħu. Katekeżi introduttiva

Ħuti, l-għodwa t-tajba u merħba!

Wara s-Sena Ġubilari, li matulha waqafna fuq il-misteri tal-ħajja ta’ Ġesù, qed nibdew ċiklu ġdid ta’ katekeżijiet li se jkun iddedikat lill-Konċilju Vatikan II u lill-qari mill-ġdid tad-Dokumenti tiegħu. Hija okkażjoni prezzjuża biex niskopru mill-ġdid il-ġmiel u l-importanza ta’ din il-ġrajja ekkleżjali. San Ġwanni Pawlu II, fi tmiem il-Ġublew tas-sena 2000, afferma hekk: “Inħoss iktar minn qatt qabel id-dmir li nindika l-Konċilju, bħala l-grazzja kbira li l-Knisja gawdiet minnha fis-seklu 20” (Ittra appostolika Novo millennio ineunte, 57).

Aktar