IL-ĦAMIS TAR-RABA’ ĠIMGĦA
Ġw 5,31-47 – Es 32,7-14
“O Alla, inti tħobb is-safa u troddulna mill-ġdid jekk nitilfuh; mexxi lejk il-qlub tagħna
u ħeġġiġna bl-ispirtu qaddis tiegħek.”
[Li-“statio” tallum hu assenjat lil knisja, “San Martino ai Monti”, li oriġinarjament kienet telgħet f’post fejn, fil-bidu tas-seklu 4, il-kleru Ruman kien ħaraq il-kitbiet ta’ Arjanu kontra d-divinita’ ta’ Kristu. Tallum hi binja rinaxximentali li fiha ġew mgħaqqda żewġ knejjes rispettivament f’ġieħ San Silvestru, papa, u San Martin, isqof ta’ Tours.] Continue reading “Is-Sitta u Għoxrin Jum tar-Randan”