Archive

Archive for the ‘Randan 2016’ Category

It-Tnejn u Tletin Jum tar-Randan

March 17, 2016 Leave a comment

Minn Monsinjur Ġużeppi Farrugia

Il-ĦAMIS TAL-ĦAMES ĠIMGĦA

Ġw 8,51-59 – Ġen 17,3-9

“Ieqaf magħna, Mulej, fit-talb umli tagħna, u żommilna sħiħa t-tama li aħna nqiegħdu fil-ħniena tiegħek: naddafna mit-tbajja’ ta’ dnubietna biex sa l-aħħar nibqgħu ngħixu ħajja qaddisa u nkunu werrieta tal-wegħdiet tiegħek.”

[Il-knisja magħrufa bħala “Sant’Aponillare”, fl-inħawi ta’ Pjazza Navona, tinsab fejn qabel kien hemm il-banjijiet ta’ Neruni, imma hi ħafna aktar tardiva minn dawn. Telgħet fis-seklu 18 meta l-influwenza Biżantina ta’ Ravenna fuq Ruma kienet qawwija. Hi ddedikata għall-ewwel isqof ta’ Ravenna.] Read more…

Categories: Randan 2016, Ġenerali

Il-Wieħed u Tletin Jum tar-Randan

March 16, 2016 Leave a comment

Minn Monsinjur Ġużeppi Farrugia 

L-ERBGĦA TAL-ĦAMES ĠIMGĦA

Ġw 8,31-42 – Dan 3,14-20.91-92.95

“O Alla ħanin, dawwal il-qlub ta’ wliedek li tqaddsu b’għemejjel ta’ ndiema u, fit-tjieba  tiegħek, agħti widen għat-talb umli tagħna, int li tnissel fina x-xewqa tar-rabta miegħek.”

[L-Insara Rumani bħallum kienu – u xi wħud għadhom – jinġabru fil-knisja magħrufa bħala “San Marcello al Corso”. Hi ddedikata lill-papa msemmi li fi xjuħitu safa kkundannat għal xogħol iebes sal-mewt  fl-istalel imperjali li kienu jinsabu fejn tinsab dil-knisja mwaqqfa f’ġieħ il-martirju glorjuż tiegħu.]

Aktar ma jinġabru jiem ta’ penitenza aktar tikber il-fiduċja tal-Knisja li aħna, uliedha, sa tmiem ir-Randan se nkunu doqna l-ħniena t’Alla u se nkunu tqaddisna bl-għemejjel ta’ ndiema li qed nagħmlu – għemejjel ta’ ndiema abbinati mat-“talb umli” biex Alla jnissel fina “x-xewqa tar-rabta miegħu”.

Tibda, il-kolletta tallum, b’talba għad-don tad-dawl. Ladarba il-veru dawl hu Kristu, mela t-talba li tagħmel il-Knisja llum hi talba għad-don ta’ Kristu ħalli bil-preżenza glorjuża tiegħu fina jdawwalna, jurina kemm għandna bżonnu u jħeġġiġna bix-xewqa tar-rabta m’Alla. Min hu marbut ma’ Alla, ma jaqgħax!

F’das-sitt jum tas-settiena, nitolbu lil Marija, imnikkta bil-ġisem miġruh ta’ binha fi ħdanha, biex isseddaqna fir-rabta ta’ mħabbitna ma’ Ġesù u magħha.

Categories: Randan 2016, Ġenerali

It-Tletin Jum tar-Randan

March 15, 2016 Leave a comment

Minn Monsinjur Ġużeppi Farrugia

IT-TLIETA TAL-ĦAMES ĠIMGĦA

Ġw 8,21-30 – Num 21,4-9

“Agħtina, Mulej, li naqdu bla heda r-rieda tiegħek, biex il-poplu qaddis tiegħek f’din il-ħajja jikber dejjem fit-tjieba u fl-għadd.”

[Il-knisja ta’ “Santa Maria in Via Lata” hi l-istazzjon kwareżimali tallum, knisja li aktarx hi mibnija fuq id-dar li fiha qagħad l-appostlu Pawlu fiż-żmien li għaddha taħt arrest fid-dar sal-martirju tiegħu. Jidher li dan hu kkonfermat minn xhieda arkeoloġika. Il-knisja ta’ adorazzjoni Ewkaristika tallum, li tinsan f’Via del Corso, issostitwiet oħrajn qabilha.] Read more…

Categories: Randan 2016, Ġenerali

Id-Disa’ u Għoxrin Jum tar-Randan

March 14, 2016 Leave a comment

IT-TNEJN TAL-ĦAMES ĠIMGĦA

Ġw 8,1-11 – Dan 13,1-9.15-17.19-30.33-62

“O Alla, bi grazzja tiegħek li ma bħalha, aħna nistagħnew b’kull barka: agħtina li nwarrbu l-imgħoddi tagħna, u ninbidlu fi bnedmin ġodda, ħalli nitħejjew tajjeb għas-saltna glorjuża tas-sema.”

[It-tradizzjoni Rumana tar-Randan imiss teħodna fil-qasam ta’ Trastevere, sewwasew fil-bażilika ta’ San Krisogonu, suldat li miet martri taħt Djoklezzjanu f’Aquileia, l-Italja ta’ fuq. Hi knisja ħajja, ta’ fondazzjoni antiki ħafna u sallum ta’ valur storiku kbir. Tgħaqqadna, dil-waqfa wkoll, mal-Insara Rumani tal-qedem u ta’ żminijietna.] Read more…

Categories: Randan 2016, Ġenerali

It-Tmienja u Għoxrin Jum tar-Randan

March 12, 2016 Leave a comment

IS-SIBT TAR-RABA’ ĠIMGĦA

Ġw 7,40-53 – Ġer 11,18-20

“Fil-ħniena tiegħek, Mulej, kun int li tmexxi l-qlub tagħna, għax mingħajrek

ma nistgħux nogħġbuk.”

[L-istazzjoni kwareżimali tallum jeħodna fil-knisja ċkejkna ta’ San Nikola “in Carcere”, f’tarf il-Foro Ruman, knisja tal-ħames seklu li inbniet fejn qabel aktarx li kien hemm wieħed mill-ħabsijiet ta’ Ruma. Għalhekk “in Cacere”. Jista’ jkun li d-dedika kienet imnebbħa mill-għemejjel ta’ karita’ li għalihom kien magħruf dal-qaddis tal-Lvant (u tal-Milied).] Read more…

Categories: Randan 2016, Ġenerali

Is-Seba’ u Għoxrin Jum tar-Randan

March 11, 2016 Leave a comment

Minn Monsinjur Ġużeppi Farrugia

IL-ĠIMGĦA TAR-RABA’ ĠIMGĦA

Ġw 7,1-2.10.25-30 – Għerf 2,1a.12-22

“O Alla, int ħejjejt għalina għajnuna xierqa biex nirbħu dejjem in-nuqqas ta’ ħila tagħna; agħmel li nilqgħu bil-ferħ il-frott tat-tiġdid tagħna, u bil-qawwa tiegħu, li taħdem fina, ngħixu ħajja tajba.”

[Il-waqfa penitenzjali tar-Rumani f’dan il-jum tar-Randan hi tradizzjonalment marbuta mal-knisja ta’ Sant’Ewsebju “all’Esquilino”. Ewsebju kien qassis Ruman li nqatel minn imperatur eretiku minħabba l-gwerra li għamel kontra l-ereżija Arjana li kienet tiċħad li Ġesu’ hu “Alla veru minn Alla veru”.] Read more…

Categories: Randan 2016, Ġenerali

Is-Sitta u Għoxrin Jum tar-Randan

March 10, 2016 Leave a comment

IL-ĦAMIS TAR-RABA’ ĠIMGĦA

Ġw 5,31-47 – Es 32,7-14

“O Alla, inti tħobb is-safa u troddulna mill-ġdid jekk nitilfuh; mexxi lejk il-qlub tagħna

u ħeġġiġna bl-ispirtu qaddis tiegħek.” 

[Li-“statio” tallum hu assenjat lil knisja, “San Martino ai Monti”, li oriġinarjament kienet telgħet f’post fejn, fil-bidu tas-seklu 4, il-kleru Ruman kien ħaraq il-kitbiet ta’ Arjanu kontra d-divinita’ ta’ Kristu. Tallum hi binja rinaxximentali li fiha ġew mgħaqqda  żewġ knejjes rispettivament f’ġieħ San Silvestru, papa,  u San Martin, isqof ta’ Tours.] Read more…

Categories: Randan 2016, Ġenerali