Il-Papa jistaqsi, “X’riċetta għandu dan il-poplu? “

Fr1_EkwadorF’dawn il-jumejn innutajt xi ħaġa partikulari fil-poplu Ekwadorjan.  Kull fejn imur, dejjem insib tilqagħni merħba ferrieħa, kuntenta, kordjali, reliġjuża, kollha devozzjoni, f’kull parti. … X’riċetta għandu dan il-poplu?  Liema hi?  Ħsibt fuqha u tlabt…  Staqsejt lil Ġesù iżjed minn darba fit-talb tiegħi: X’għandu differenti dan il-poplu?  U dal-għodu, jiena u nitlob, ħabtet ma’ moħħi l-Konsagrazzjoni lill-Qalb Imqaddsa tiegħu.

Ara d-diskors kollu tal-Papa Franġisku bil-Malti fil-Laikos…   http://www.laikos.org/Papa_Frangisku_Ekwador_Sac-Rel_08072015.htm

Jagħti l-Mandat Missjunarju lil grupp ta’ Maltin u Għawdxin li sejrin l-Etjopja

Isqof t’Għawdex Mario Grech ta l-Mandat Missjunarju lil grupp ta’ tnax – sitt żgħażagħ Għawdxin u sitt voluntiera oħra Maltin – li fl-ewwel ħmistax ta’ Settembru sa jmorru l-Etjopja jwettqu ħidma missjunarja fost il-foqra flimkien mal-Moviment Missjunarju Ġesù fil-Proxxmu ta’ Monsinjur George Grima.  Continue reading “Jagħti l-Mandat Missjunarju lil grupp ta’ Maltin u Għawdxin li sejrin l-Etjopja”

Arċisqof Charles J. Scicluna mal-President tal-Italja Mattarella

isqof-mattarellaIl-President tal-Italja Sergio Mattarella għamel żjara uffiċjali f’Malta nhar l-Erbgħa. Matul iż-żjara tiegħu fil-Belt Valletta l-President Taljan żar il-Konkatidral ta’ San Ġwann fejn intlaqa’ mill-Arċisqof Charles J. Scicluna. Hu żar ukoll il-knisja ta’ Santa Katarina. Kemm dam Malta, minbarra li ltaqa’ mal-Arċisqof, il-President Taljan iltaqa’ mal-President ta’ Malta, mal-Prim Ministru u mad-Deputat Speaker Ċensu Galea.

Ritratt: Photocity, il-Belt Valletta

Forum dwar Dun Mikiel Azzopardi u l-50 sena tad-Dar tal-Providenza

27. Forum DC 2607Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi flimkien mad-Dar tal-Providenza organizzaw Forum bit-tema Dun Mikiel Azzopardi u l-50 sena tad-Dar tal-Providenza. Din kienet serata ta’ tifkiriet U esperjenzi minn persuni li b’mod jew ieħor u f’xi ħin jew ieħor missew mal-kobor ta’ Dun Mikiel u raw b’għajnejhom il-mirakli li l-Providenza għamlet u għadha tagħmel mad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi. Continue reading “Forum dwar Dun Mikiel Azzopardi u l-50 sena tad-Dar tal-Providenza”

Lejn il-kanonizzazzjoni tal-ġenituri ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesù

Il-ġnien qaddis li kabbar fjura qaddisa

Fr Charles Buttigieg

Smajna u qrajna ħafna dwar il-ħajja qasira ta’ 24 sena biss, imma ħajja kbira u qaddisa ta’ Santa Tereża ta’ Lisieux jew Santa Tereza tal-Bambin Ġesù. Soru Tereżjana fil-kunvent ta’ Lisieux fin-Normandija fi Franza u fuq kollox Duttur tal-Knisja u Patruna tal-Missjunarji u ta’ Franza. Continue reading “Lejn il-kanonizzazzjoni tal-ġenituri ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesù”

Ġest baxx u insolenti

Karmenu Psaila minn Birkirkara, jikteb: Il-Ġimgħa 10 ta’ Lulju waqt li kont inqalleb l-istazzjonijiet tat-televiżjoni ltqajt mal-Imam u wara ftit minuti deher l-Arċisqof Charles J. Scicluna.  Skont il-ġudizzju tiegħi, l-Arċisqof  kien ċar u dritt fit-tweġibiet tiegħu għall-mistoqsijiet li għamlulu. Continue reading “Ġest baxx u insolenti”

Il-Maratona Oħloq Tbissima. Grazzi mill-qalb.

Fr. Louis Mallia mssp, id-Direttur taċ-ĊAM Productions International (Cpi) u taċ-Ċentru Animazzjoni Missjunarja (ĊAM) minn Santa Venera, jikteb: Nirringrazzja lil kull min b’xi mod jew ieħor ta sehmu fil-Maratona Oħloq Tbissima. Continue reading “Il-Maratona Oħloq Tbissima. Grazzi mill-qalb.”