In-Nunzju Appostoliku l-ġdid, ipprreżenta l-kredenzjali tiegħu lill-President

Print Friendly, PDF & Email

In-Nunzju Appostoliku l-ġdid, Monsinjur Mario Roberto Cassari, ipprreżenta l-kredenzjali tiegħu lill-President ta’ Malta Marie-Louis Coleiro Preca f’ċerimonja li saret fil-Palazz il-Belt Valletta l-Erbgħa filgħodu.

1. Kredenzjali 3 cols 1207Wara l-preżentazzjoni tal-kredenzjali l-President ta’ Malta u n-Nunzju Appostoliku ddiskutew ir-relazzjonijiet tajba bejn Malta u l-Vatikan.

Sadattant, waqt Quddiesa Pontifikali fil-Konkattidral ta’ San Ġwann, ilbieraħ, in-Nunzju Appostoliku cassari libbes il-pallium lill-Arċisqof Charles J. Scicluna. Il-pallium ingħata lill-Arċisqof Scicluna mill-Papa Franġisku f’ċerimonja fil-Bażilka San Pietru nhar il-festa ta’ San Pietru u San Pawl.

Ritratt: Dipartiment tal-Informazjoni

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading