IT-TNEJN TAL-ĦAMES ĠIMGĦA
Ġw 8,1-11 – Dan 13,1-9.15-17.19-30.33-62
“O Alla, bi grazzja tiegħek li ma bħalha, aħna nistagħnew b’kull barka: agħtina li nwarrbu l-imgħoddi tagħna, u ninbidlu fi bnedmin ġodda, ħalli nitħejjew tajjeb għas-saltna glorjuża tas-sema.”
[It-tradizzjoni Rumana tar-Randan imiss teħodna fil-qasam ta’ Trastevere, sewwasew fil-bażilika ta’ San Krisogonu, suldat li miet martri taħt Djoklezzjanu f’Aquileia, l-Italja ta’ fuq. Hi knisja ħajja, ta’ fondazzjoni antiki ħafna u sallum ta’ valur storiku kbir. Tgħaqqadna, dil-waqfa wkoll, mal-Insara Rumani tal-qedem u ta’ żminijietna.] Continue reading “Id-Disa’ u Għoxrin Jum tar-Randan”