Home > Arċisqof Charles J. Scicluna, L-Isqof ta' Għawdex Mario Grech, Ġenerali > Il-Knisja ttenni l-impenn tagħha favur żwieġ bejn raġel u mara

Il-Knisja ttenni l-impenn tagħha favur żwieġ bejn raġel u mara


Il-Ħamis, 13 ta’ Lulju 2017.  Il-Parlament Malti lbieraħ approva l-Att tal-2017 li jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ u Liġijiet oħrajn. Din il-liġi tieħu t-tifsira taż-żwieġ u tapplikaha wkoll għal relazzjonijiet bejn persuni tal-istess sess.

Minkejja dak li tgħid il liġi, li tqis l istess dak li mhuwiex l istess, iż żwieġ jibqa’ dejjem ir rabta esklussiva bejn raġel u mara, li hu miftuħ għat tnissil tal ulied. Iż żwieġ bejn raġel u mara hu l mudell li dejjem ħaddnet l umanità u mhux biss il viżjoni Nisranija taż żwieġ.

Billi tintroduċi kunċett newtrali taż żwieġ ċivili miftuħ għal kull tip ta’ koppja, il liġi twarrab id differenza u r reċiproċità naturali bejn raġel u mara. Bit tneħħija ta’ din id differenza, tqaċċtet il bażi antropoloġika tal familja. Is soċjetà tiftaqar meta, flok taċċetta d diversità, timponi uniformità fil mod kif ikunu espressi r relazzjonijiet.

Fl istess waqt, il Knisja tirrispetta bis sħiħ id dinjità ta’ kull persuna, ikunu xi jkunu l għażliet li tagħmel f’ħajjitha u r relazzjonijiet li tħaddan. Għall Knisja, kull persuna hi għażiża u tibqa’ għażiża għax hija maħluqa xbieha ta’ Alla. Il Knisja impenjata wkoll li tibqa’ tilqa’ fi ħdanha, takkumpanja u tgħin lil dawk il persuni li jagħżlu li jgħixu l ħajja affettiva tagħhom f’kuntest differenti minn dak taż żwieġ Nisrani.

Il Knisja tittama li din il liġi ma tkunx segwita b’miżuri oħra li jnaqqsu mid dinjità tal ulied, bħal pereżempju l kiri tal ġuf (surrogacy) u d donazzjoni tal gameti (gamete donation). Il Knisja tappella lis soċjetà biex tibqa’ tagħraf li l ulied huma don li għandu jkollhom dejjem l ambjent adattat fejn jitnisslu, jitwieldu u jikbru b’mod seren u b’ħafna mħabba, u li l vuċi tagħhom tinstema’ b’mod qawwi fis soċjetà Maltija.

Quddiem din ir realtà, il Knisja, kif għamlet dejjem, bl Evanġelju ta’ Sidna Ġesù Kristu f’idejha, se tkompli taħdem biex jissaħħu ż żwiġijiet u l familji f’pajjiżna, u tibqa’ turi l apprezzament lejn tant ommijiet u missirijiet li qed jitħabtu biex jgħixu b’fedeltà l missjoni insostitwibbli tagħhom u jiddedikaw ħajjithom għal uliedhom.

✠ Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta

✠ Mario Grech,Isqof ta’ Għawdex

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: