Mill-Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa Franġisku, Evangelii Gaudium, paragrafu 81 …
“”Meta tant neħtieġu dinamiżmu missjunarju li jġib melħ u dawl lid-dinja, ħafna lajċi qed jibżgħu li xi ħadd jistedinhom iwettqu xi ħidma appostolika, u qed ifittxu li jaħarbu minn kull impenn li jista’ jeħdilhom mill-ħin liberu tagħhom. … ”
“… Illum, ngħidu aħna, sar diffiċli ħafna nsibu katekisti mħejjija tajjeb għall-parroċċi u li jipperseveraw fil-ħidma tagħhom għal għadd ta’ snin. Imma xi ħaġa tixxiebah qed tiġri fis-saċerdoti, li saru ossessjonati fil-ħin personali tagħhom. Dan spiss ġej mill-fatt li ħafna persuni jħossu l-bżonn kbir li jżommu l-ispazji tal-awtonomija tagħhom, bħallikieku l-ħidma ta’ evanġelizzazzjoni kienet xi velenu perikuluż flok tweġiba hienja għall-imħabba ta’ Alla li jsejħilna għall-missjoni u jsaħħaħna biex nagħmlu l-frott. Xi wħud jirreżistu milli jduqu sal-aħħar il-gost tal-missjoni u jibqgħu mxaħxħa f’għażż li jipparalizzahom.” (Evangelii Gaudium, paragrafu 81)
L-Evangelii Gaudium issibha kollha bil-Maltin flimkien ma’ bosta riżorsi dwarha fil-Laikos … http://www.laikos.org/EG.htm