Home > Lectio Divina > Lectio Divina: 4 Ħadd matul Sena A

Lectio Divina: 4 Ħadd matul Sena A


Vanġelu: Fid-dinja qatt ma nista’ nkunu ferħanin għal kollox għax aħna maħluqin għall-ħajja infinita.  Ikollna perjodi ta’ ferħ, imma dawn idumu ftit. Basta ma nagħmilx xi wieħed minn dawn il-perjodi l-iskop ta’ ħajti.  E.g. Meta wieħed jiggradwa jkun ferħan.  Imma malajr irid ifittex x’aktar se jġiblu l-ferħ: job, għerusija, promozzjoni, eċċ.

Il-bejatitudni huma l-mod li jagħti sens lil ħajjitna.  “Beato” = “prosit, nifraħlek. Ilħaqt l-iskop ta’ ħajtek anki issa f’did-dinja.  Ħajtek sabet il-milja tagħha, għalhekk bil-fors int ferħan. Se tħalli warajk sinjal għall-oħrajn. Il-“beato” perfett huwa Kristu.  Għalfejn dad-diskors sar fuq muntanja?  Ħafna popli kienu jqisu l-allat tagħhom joqogħdu fuq muntanja – hemm il-post fejn wieħed seta’ jiltaqa’ u jitkellem ma’ alla tiegħu.  Nitla’ l-muntanja ma’ Ġesu, mela, jfisser li nitlaq il-mod kif jaħsbuha l-bnedmin, u nisma’ kif jaħsibha Alla.  Żgur li dak in-nhar mhux kulħadd aċċetta kliem Ġesu, imma dawk li ħaddnuh, inbidlu.

  1. Il-fqar fl-ispirtu: (a) mhux il-fqar, i.e. dawk neqsin mill-ħwejjeġ bażiċi (b) l-anqas is-sinjuri li ma jorbtux qalbhom mal-flus, anzi jagħtu karita, min ftit u min ħafna (ċ) imma dawk li, mimlijin bl-Ispirtu s-Santu, jgħixu ta’ fqar, daqs li kieku kulma għandhom mhux tagħhom imma misluf “Tal-Mulej l-art u kulma fiha” (Salm 24). Mela il-beato se jkun dak li jamministra sew il-flus, l-intelliġenza, l-għomor, il-familja, eċċ li silfu l-Mulej.  Min jagħmel kontra, i.e. min jgħid “Dawk tiegħi: nagħmel bihom li rrid” – dan ikun il-bidu ta’ xi wieħed mill-gwaj li hawn fid-dinja: ġuħ, ġlied, kilba, firda fil-familja, eċċ. Mentri il-beato hu dak li jpoġġi flusu u t-talenti tiegħu għad-dispożizzjoni tal-oħrajn – hawn tiġi l-milja tal-imħabba tal-proxxmu.
  2. L-imnikkta: Qatt m’għandna ngħidu lil min qed isofri: “Offri t-tbatijiet tiegħek lill-Mulej.” Alla la jrid u l-anqas għandu bżonn is-sofferenzi tiegħi. Niftakru li l-mard u l-mewt Alla qatt ma riedhom imma l-bniedem ġabhom fuqu nnifsu meta ried jagħmel lilu nnifsu daqs Alla fil-ġnien tal-Eden. “Imnikkta” hawn tfisser min għandu qalbu maqsuma, bħal meta jmutlu xi ħadd għażiż.  Bħal Ġesu meta beka ħdejn il-qabar ta’ Lazzru, jew fuq Ġerusalemm meta kien jaf li tant se tagħmel għażliet ħżiena li se ġġib ir-rovina fuqha nnifisha. Mela beato hu dak li jibki u jaqsam qalbu meta jara tant nies li ma jridux jafu bl-ordni l-ġdid li jrid iwaqqaf Ġesu.  Xorta m’għandux jitlef it-tama għax Ġesu qed iwiegħdu li se jkun imfarraġ.
  3. Ta’ qalbhom ħelwa=ġwejda, umli “meek”: mhux dawk li jaċċettaw kollox passivament, imma dawk li tħabtu kemm felħu għat-tixrid tas-Saltna. Imma mhux bil-vjolenza u bil-qerq imma bl-eżempju u l-kelma t-tajba. Beato hu dak li, quddiem tant inġustizzji, ma ċediex għat-tentazzjoni biex jirrejaġixxi bil-forza, imma ħabb dejjem. Mhux nirbħu (invinċu) argument irridu, imma nikkonvinċu bil-kelma t-tajba. Dal-beato se jkollu bħala wirt l-art tas-Saltna l-Ġdida.
  4. Bil-ġuħ u bil-għatx: Mhux il-ġustizzja kif nifhmuha aħna: “ Dak żbalja: Alla kkastigah! Ħaqqu!” Il-ġustizzja t’Alla mhux hekk imma hi Mħabba u Ħniena infinita. Ħenjin dawk  ħerqana li l-bnedmin kollha jilqgħu il-ħniena u l-imħabba t’Alla, għax b’hekk issirilhom il-vera ġustizzja.  Jekk il-beati jaraw li dan mhux dejjem qed iseħħ m’għandhomx jitilfu t-tama, għax Ġesu wiegħdhom:  Għad ikunu mxebbgħin.
  5. Dawk li jħennu: Alla jħobb lill-bniedem mill-fond ta’ qalbu (bil-Lhudi “raħum” tfisser imħabba vixxerali: e.g.meta omm tħobb lit-tarbija fil-ġuf tagħha). Meta uliedu jidinbu, il-Missier moħħu biss biex jara kif se jerġgħu għat-triq it-tajba.  Mela jien, bin/bint Alla irrid inħobb u nħenn (bil-Lhudi “ħanun”)  bl-istess mod.  Min jonqosni, mhux biss naħfirlu ħalli meta nonqos jien Alla jaħfirli, imma moħħni għandu jkun biss x’se nagħmel biex l-ieħor jagħmel paċi m’Alla, Missier tagħna t-tnejn.  Il-ġustizzja t’Alla hi dik li, meta fil-ħniena tiegħu jaħfrilna, aħna nsiru ġusti.  Papa Franġisku f’Novembru qal: “ Il-ġustizzja t’Alla hi ħanina.  Il-Ħniena t’Alla hija ġusta.”  Dawk li jħennu, mela, huma dawk li jixbħu lil Alla, i.e. jixtiequ biss kull ġid lill-ħuthom bnedmin. Bħas-Samaritan it-tajjeb li tqanqal fil-“vixxeri” tiegħu biex jgħin lill-batut.  “Huma jsibu l-ħniena” mhux fis-sens li jsibu min iħenn għalihom wara xi htija, imma li huma jsiru f’sintonija mal-Missier kollu ħniena, jsiru jixbħuh, u jġibu ruħhom bħalu, i.e. bi ħniena liema bħala.
  6. Safja f’qalbhom: il-qalb hi l-post mhux tas-sentimenti imma tal-ħsibijiet u d-deċiżjonijiet. Fil-ġrajja tal-paralitiku Ġesu jgħid lin-nies: “Għaliex qed taħsbu hekk f’qalbkom?” L-għażliet fil-ħajja jridu jsiru minn qalb pura, qalb (a) immexxija biss mill-imħabba t’Alla u minn ebda idolu ieħor (b) li ma tagħmilx kompromessi mal-kuxjenza.  Min għandu qalb bħal din jara ‘l Alla, i.e. jagħmel esperjenza ta’ Alla f’ħajtu.  g. fejn oħrajn jaraw lil Kristu fuq is-salib bħala falliment, qalb pura tarah bħala suċċess.
  7. Dawk li jġibu l-paċi: il-bennejja tal-paċi. Beato hu dak li fejn hemm firda, ġlied jew gwerer jara kif jagħmel biex iġib ir-rikonċiljazzjoni.  “Shalom” tfisser il-milja tal-ferħ miksuba permezz tal-paċi.  Forsi xi darba għamilt xi ħaġa tajba ħafna d-dar, u d-daddy ħares fiss f’għajnejja u qalli: “Int tassew ibni/binti”. Alla qed jgid l-istess ħaġa lil min jaħdem bis-sħiħ favur il-paċi.
  8. Ippersegwitati: Id-dinja antika tagħmel minn kollox biex tirresisti l-ordni l-ġdid ta’ Kristu. Kif ippersegwitaw lilu hekk illum se jippersegwitaw lid-dixxipli tiegħu.  Jekk jiġri hekk lili ifisser li tiegħi hi illum, issa, is-Saltna tas-smewwiet.

 

Sors: lachiesa.it/liturgia/omelie/data/cerca/frfernando armellini

Categories: Lectio Divina
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: