Home > Aħbarijiet > Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’Settembru 2017

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’Settembru 2017


Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Settembru 2017.

322834-740xnone.jpg

Is‑Sibt 2 ta’ Settembru 2017, fis‑6:00 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil‑ftuħ tax‑xahar tal‑Ħolqien (Season of Creation) fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

Il‑Ħadd 3 ta’ Settembru, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l‑pussess lil Patri Paul Attard OFM, bħala l‑kappillan il‑ġdid tal‑Parroċċa Madonna tas‑Sacro Cuor, tas‑Sliema.

L‑Erbgħa 6 ta’ Settembru, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fin‑Novena tal‑festa ta’ Marija Bambina, fil‑Knisja Arċipretali, in‑Naxxar.

Il‑Ħamis 7 ta’ Settembru, fis‑6:30 p.m., lejlet il‑festa tat‑Twelid tal‑Verġni Marija, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑Knisja Kolleġjata Arċipretali ta’ Marija Bambina, l‑Isla. Il‑Quddiesa ser tixxandar fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

Il‑Ġimgħa 8 ta’ Settembru, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa tat‑Twelid tal‑Verġni Marija, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

Il‑Ħamis 14 ta’ Settembru, fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f’għeluq il‑200 sena mit‑twaqqif tal‑Provinċja Agostinjana f’Malta, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.  Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

Is‑Sibt 16 ta’ Settembru, fl‑4:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali tal‑Madonna ta’ Pompej, Marsaxlokk, u matulha jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti tal‑Parroċċa.

Il‑Ħadd 17 ta’ Settembru, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali tal‑Madonna ta’ Pompej, Marsaxlokk, fl‑okkażjoni tal‑50 sena mill‑konsagrazzjoni tal‑Knisja.

Il‑Ħamis 21 ta’ Settembru, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fl‑okkażjoni ta’ Jum l‑Indipendenza, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

Is‑Sibt 23 ta’ Settembru, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti il‑pussess lil Dun Blake Camilleri, bħala l‑kappillan il‑ġdid tal‑Parroċċa Marija Immakulata, l‑Ibraġ.

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: