Home > Lectio Divina > Lectio Divina: It-23  Ħadd Matul Sena A

Lectio Divina: It-23  Ħadd Matul Sena A


Vanġelu:  (Matt. 18, 15-20.)  “Jekk ħuk jaqa’ f’xi dnub..”  Meta wieħed jidneb ngħidu: “Kiser Kmandament u ħaqqu kastig.”  Fil-Bibbja nsibu xi 30 verb differenti, bħal:  ħa pass fil-vojt; żelaq; ġab ruħu ta’ iblah. L-aktar wieħed importanti hu: “ħadda’ ” li jfisser: tfalli li tolqot it-target, l-għan aħħari, ma tilħaqx l-iskop ta’ ħajtek. Aħna maħluqin sewwa għall-ferħ.  Meta nidinbu nkunu ħadna triq b’oħra.  Is-sinjal ta’ dan hu ċar: għax iġib fuqna dulur, dwejjaq u uġigħ tal-qalb. Meta nħossuna hekk u t-tabib ma jsib xejn fiżikament ħażin, ifisser li dnibna.

  1. Id-dnub ma joffendix lil Alla imma lilna nfusna. Id-dnub jagħmel ħsara lil min jagħmlu.  Mela mhux Alla imma d-dnub jikkastiga l-midneb għax ineżża’ lill-bniedem mill-umanita tiegħu.    Ejjew ninsew l-ideja antika li, jekk midneb ma jitlobx maħfra, Alla jikkastigah għax “Alla ġust.” Din mhix ġustizzja fil-fehma t’Alla għax il-midneb se jibqa’ kif inhu. Mentri Alla jkun irid akkost ta’ kollox u għall-ġid tal-individwu li jerġa’ lura fit-triq it-tajba, it-triq tal-ferħ.  “Il-ġustizzja t’Alla hija ħanina.  Il-ħniena t’Alla hija ġusta” (Papa Franġisku). Ta’ min jinnota wkoll li Ġesu qatt ma stenna lil xi midneb biex jitlob maħfra. Alla jaħfer lill-midneb qabel ma jitlob maħfra, għax irid jarah ferħan mill-ġdid. Il-bniedem, imbagħad, kif jinduna kemm hi kbira l-ħniena u l-maħfra t’Alla, u li din turih l-iżball tiegħu, jindem.  Mhux Alla keċċa lil Adam u Eva mill-Ġenna tal-art. Huma ġabu dal-kastig fuqhom. Anki aħna, bid-dnub noħorġu mill-ġenna ta’ din l-art, li tinħoloq u titgawda minn dawk li kuljum jgħixu l-Vanġelu.  Did-dinja m’hiex “wied tad-dmugħ!” Jagħmluha hekk minn dawk li ma jaċċettawx il-Vanġelu, u jagħmlu ħsara lilhom infushom u lill-oħrajn.  Dawn it-talin wieħed jista’ jħares lejhom b’għira, għax jakkwistaw poteri, ġid u karriera.  Fil-fatt dawn aktar huma telliefa minn rebbieħa.
  2. Kulħadd xi darba dineb. Irridu naċċettaw li din hi parti mill-kondizzjoni umana.  Għalhekk hemm bżonn kbir li jien l-ewwel naħfer lili nnifsi tal-ħsara li nkun għamilt, għax b’hekk ikun aktar faċli għalija nifhem u nempatizza ma’ midinbin oħra. Wara kollox kif iġib ruħu Alla quddiem il-midneb?  Żgur ma jirrabjax.  B’imħabba kbira ta’ Missier ireġġa’ lura għat-triq tal-ferħ ‘l ulied li kienu marru żmerċ.  Dan jagħmlu billi jwasslilhom messaġġi mill-kelma Tiegħu permezz ta’ priedki, artikli f’xi magazin, internet, kelma meqjusa minn xi ruħ tajba.  Dawn huma “l-anġli” (messaġġiera) li Alla jibgħat lill-midneb.  Fil-vanġelu tal-lum, Ġesu jgħidilna kif għandhom iġibu ruħhom dawn l-anġli.  Importanti l-vers ta’ qabel is-silta tal-lum: “….anqas Missierkom li hu fis-smewwiet ma jrid li jintilef wieħed minn dawn iż-żgħar.” Mela Alla jrid li l-midneb isalva, mhux biss fl-aħħar ta’ ħajtu, imma minn issa, f’dil-ħajja, immedjatament! Dan hu x-xogħol ta’ dawn l-anġli: li jreġġgħu lura għat-triq tal-ħajja ta’ ferħ dawk li jkunu għamlu għażliet li jwasslu għall-mewt. Kull Nisrani m’għandux joqgħod bi kwietu quddiem il-midneb, imma għandu l-obbligu li jagħmel ħiltu biex ireġġgħu lura għall-ħajja ferħana.  Ma jistax jgħid bħal Kajjin: “Jaqaw jien għassies ta’ ħija?” Kull mgħammed hu resposabbli għall-proxxmu tiegħu. L-ikbar żball li Nisrani jista’ jagħmel hu li jxandar id-dnub ta’ xi ħadd.  Din malafama, tbaxxi l-midneb, tavvelih u temarġinah. B’hekk dan-Nisrani jitlef forsi l-unika opportunita biex jirbħu lura. Forsi jġib l-iskuża li jkun qed jgħid il-verita. F’dan il-każ l-imħabba għandha tirrenja fuq il-verita, għax, meta l-verita ma ġġibx l-imħabba u tkisser l-għaqda bejn l-aħwa, issir gidba. Wieħed għaref kien qal: “daqqa ta’ lsien tkisser l-għadam.”
  3. “….mur sibu waħdu u widdbu.” Dan hu l-ewwel attentat. Ipprova kkonvinċih li qed jagħmel ħażin. Dan hu xogħol delikat u mpenjattiv għax jekk tiżbalja l-ewwel pass, il-passi l-oħra jkunu aktar diffiċli. Mhux dejjem se ssib il-kliem adatt. Faċli tidħol f’argument, tgħid kelma żejda u ħuk jingħalaq fih innifsu għax jisfa’ mweġġa’. Aħjar tilbes iż-żarbun tiegħu u tgħid: “Kieku kont jien il-midneb x’inkun nixtieq nisma’ minn għand ħija li jixtieqli l-ġid?”
  4. “Jekk ma jismax, ħu miegħek wieħed jew tnejn oħra.” Dan mhux biex tagħmel aktar pressjoni fuqu imma biex turih kemm hawn aħwa li jħobbuh u jixtiqulu l-ġid.  Bl-ebda mod ma rridu nikkundannawh, imma nassigurawh li hu bniedem tajjeb u kapaċi jqum mill-waqa’ tiegħu.
  5. “…mur għid lill-ġemgħa…” mhux biex tukżah imma biex tirbħu għat-triq it-tajba.
  6. “…żommu b’wieħed pagan u pubblikan.” Dan ma jfissirx li ngħid: “Għamilt minn kollox u xorta ħija ma jridx jaf. Mela jmur għand boxxla xjaten.” Kien hemm żmien meta wieħed kien jagħmel xi ħaġa gravi, bħal meta jħawwad il-kliem tal-Vanġelu kif jaqbillu.  (Bħal dak li jgħid: “Ħfirtlu lil dak, imma għalija qisu ma jeżistix aktar!”) Il-Knisja ma tistax tippermetti li dan jippriedka l-falz, allura kien jitkeċċa mill-komunita biex ma jkomplix jiskandalizza u jħawwad lill-oħrajn, l-aktar id-debboli.  San Pawl, fuq wieħed li kien qed iġib ruħu agħar mill-pagani, jikteb: “..ċanfruh, imma bħala ħukhom u qatt tqisuh bħala għadu.” (2 Tess.)  Il-ġemgħa (komunita) se tagħmel l-almu tagħha biex dan ħuna li żbalja tirbħu lura, billi tfakkru s-sbuħija tal-ħajja tiegħu meta kien parti mill-komunita.  Jekk se jkompli bl-aġir tiegħu, se jitbiegħed aktar mill-ġemgħa.  Ġesu dejjem ippreżenta ruħu bħala l-ħabib tal-pagani u pubblikani.  Mela “żommu b’wieħed pagan u pubblikan” tifisser: qisu b’wieħed li l-aktar għandu bżonn imħabba u mogħdrija.
  7. “…kull ma torbtu f’din l-art..” ‘Tħollu u torbtu’ i.e. tiddixxernu bejn it-tajjeb u l-ħażin. Dan kienu jagħmluh ir-Rabbini.  Issa Ġesu qed jgħaddi dil-fakulta lid-dixxipli.
  8. “…fejn tnejn jew tlieta..” Il-kelma użata hawn hi sinfonein li minnha toħroġ il-kelma sinfonija.  F’din l-arti, mhux kulħadd idoqq l-istess strument u l-istess partitura.  Imma meta jdoqqu flimkien b’sengħa, tinstema armonija melodjuża.  Mela, fejn tnejn jew tlieta jinġabru f’isem il-Mulej, hu jinżel f’nofshom biex jgħaqqad il-laqgħa f’armonija, sintonia u sinfonija mill-isbaħ.

Sors:  lachiesa.it/liturgia/omelie/padre fernando armellini

Categories: Lectio Divina
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: