Home > Aħbarijiet > Arċipriet ġdid għall-Parroċċa ta’ Sant’Elena, Birkirkara

Arċipriet ġdid għall-Parroċċa ta’ Sant’Elena, Birkirkara


Il-Ġimgħa, 15 ta’ Settembru 2017:  L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lill‑Monsinjur Paul Carmel Vella bħala Prepostu Arċipriet tal‑Parroċċa ta’ Sant’Elena, Birkirkara.

fr-paul-vellaMons. Paul Vella twieled fit‑23 ta’ Settembru 1961, fis‑Siġġiewi. Irċieva l‑edukazzjoni primarja fl‑iskola tas‑Siġġiewi, u dik sekondarja f’Ħaż‑Żebbuġ. Wara li daħal is‑Seminarju tal-Arċisqof, kompla bl‑istudji fil‑Fakultà tat‑Teoloġija f’Tal‑Virtù, ir-Rabat, u ggradwa fit‑Teoloġija Pastorali mill‑Università ta’ Malta.

Kien ordnat saċerdot fit‑8 ta’ Lulju tal‑1988, u beda l‑ħidma tiegħu bħala segretarju u kappillan tal‑Arċisqof Ġużeppi Mercieca, fejn dam għal seba’ snin. Matul dan is-snin, Mons. Vella kien ukoll Ċeremonjier tal‑Kapitlu Metropolitan, u bejn l‑1993 u l‑1995 kien ukoll id-Delegat tal‑Arċisqof għal‑Liturġija u Ċeremonjier Djoċesan. Fl‑1995 mar jistudja d‑Dritt Kanoniku f’Ruma fejn wara li ggradwa fil‑Liġi Kanonika, irritorna Malta u bejn l‑1997 u l‑2001 kien id‑Difensur taż‑Żwieġ fit‑Tribunal Ekkleżjastiku tal‑Ewwel Istanza ta’ Malta. Bejn l‑2001 u 2017 kien iservi bħala mħallef fl‑istess Tribunal tal‑Ewwel Istanza.

F’Novembru tal‑2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Mons. Vella bħala kappillan tal‑Monasteru ta’ San Pietru fl‑Imdina u kordinatur tal‑kawża tal‑kanonizzazzjoni tal‑Beata Marija Adeodata Pisani O.S.B.

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: