Home > Aħbarijiet > Il-Papa ħeġġeġ lill-Isqfijiet il-ġodda biex jikkultivaw id-dixxerniment

Il-Papa ħeġġeġ lill-Isqfijiet il-ġodda biex jikkultivaw id-dixxerniment


Il-Ġimgħa, 15 ta’ Settembru 2017: Belt tal-Vatikan: Il-Papa Franġisku lbieraħ ħeġġeġ lill-Isqfijiet biex jikkultivaw dik li sejjaħ “attitudni ta’ smigħ” u jevitaw li jkunu mjassra min-nostalġija. Il-Papa kien qed jindirizza lill-Isqfijiet Kattoliċi minn madwar id-dinja kollha li ġew maħtura matul din l-aħħar sena u ffoka fuq it-tema tad-dixxerniment.

L-Isqfijiet kienu għadhom kif temmew programm ta’ taħriġ annwali organizzat mill-Kongregazzjoni għall-Isqfijiet.

Il-Papa qal li d-dixxerniment awtentiku, minkejja li hu definittiv matul kull pass, huwa dejjem proċess miftuħ u neċessarju u jista’ jkun komplut u mseddaq.

Il-Papa insista li d-dixxerniment ma jistax ikun sempliċiment ripetizzjoni ta’ formoli anzi huwa fil-fatt antidotu kontra r-riġidità għaliex l-istess soluzzjonijiet mhumiex validi kullimkien.

Lill-Isqfijiet il-ġodda, il-Papa Franġisku qalilhom li jrid ikollhom il-kuraġġ li jistaqsu lilhom infushom jekk il-proposti tal-bieraħ għadhomx evanġelikament validi u enfasizza l-importanza li r-rgħajja ma jkunux imwaħħla fil-marġini iżda jkollhom il-kapaċità li jevalwaw iż-żminijiet ta’ Alla. Il-Papa kompla jgħid li d-don tad-dixxerniment għandu jitqies bħala kundizzjoni ewlenija li bija l-Isqfijiet jaraw it-toroq t’Alla għas-salvazzjoni ta’ dawk afdati lilhom. Permezz ta’ talb profond u regolari wieħed jista’ jikseb il-bilanċ fl-imġiba personali u ekkleżjali. Huwa żied jgħid ukoll li d-dixxerniment mhuwiex eżerċizzju privat minn saċerdot individwali iżda attività li sseħħ fil-komunità.

Il-Papa kompla jgħid li l-Isqof mhuwiex il padrun awtosuffiċjenti jew inkella xi ragħaj imgerrex u maqtugħ għalih waħdu. U dawk li l-Isqof għandu jikkonsulta biex jieħu l-aħjar deċiżjonijiet huma ħutu l-Isqfijiet stess, is-saċerdoti u l-fidili lajċi.

Franġisku insista fuq il-bżonn li l-kleru kollu dejjem iżomm kuntatt man-nies u wissa li mingħajr dan il-kuntatt, il-fidi ta’ dawk l-aktar ikkultivati tista’ tiddeġenera f’indifferenza u dik tal-aktar umli f’superstizzjoni.

Fl-aħħar nett il-Papa qal lill-Isqfijiet il-ġodda: Ftakru li Alla kien diġà preżenti fid-djoċesi tagħkom qabel ma wasaltu u se jkun għadu hemm meta intom titilqu.

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija.

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: