Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tal-Ġimgħa, 29 ta’ Settembru 2017

L-Evanġelju tal-Ġimgħa, 29 ta’ Settembru 2017


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja

Ġw 1: 47-51
Natanael, ir-rigal ta’ Alla, huwa Israeli li jistħoqqlu dan l-isem. Mhux biss. Huwa raġel konkret ħafna. Huwa wkoll Bartilmew, bin Talmai. Fil-Ktieb tan-Numri, Talami, huwa wieħed mill-erba’ aħwa li marru jispjunaw dwar l-art imwiegħda, l-esploraturi. Natanel huwa dak li jesplora għax jiddubita u ma jiddejjaqx juri d-dubju tiegħu. Iżda ma jiddejjaqx lanqas jagħraf il-verità meta jiltaqa’ magħha. Huwa dak li jfittex imma huwa wkoll dak li jifraħ meta jsib dak li jfittex. Ma xhiex se nxebbħuha s-Saltan tas-smewwiet, tiixbah lil wieħed li sab teżor u biegħ kullma kellu biex xtara l-art fejn hu midfun it-teżor. L-eloġju li għamillu Ġesù għenu. Imma l-imħabba tiegħu għall-verità u l-ġenwinità tiegħu, xejnu s-suppervja naturali u kebbsu l-għarfien u l-fiduċja f’min għaraf.

Għaraf u stqarr li Ġesù huwa l-Iben ta’ Alla. Għaraf u stqarr li Ġesù huwa s-sultan ta’ Israel. Fi kliem ieħor qed jgħidlu: Inti qed tgħid li jiena Israeli dehnju u inti s-sultan tiegħi. Ma għarafx biss ħaġa waħda, li l-għan ta’ Ġesù mhux biss l-issa u hawn imma dak li għad irid jiġri, dak li Alla fl-imħabba tiegħu għalina qed isejħilna għalih u jixtieq bil-qawwa kollha li niksbu. L-imħabba ta’ Alla mhix biss ix-xewqa li nkunu tajjeb hawn iżda li ningħaqdu miegħu. Mhix ix-xewqa ta’ kull min iħobb li jingħaqad mal-maħbub tiegħu! L-inkarnazzjoni hija x-xewqa ta’ Alla li l-maħbubin tiegħu jingħaqdu miegħu, bil-grazzja tiegħu mogħtija lilhom b’xejn u bil-għemil tajjeb tagħhom.

Iżda Ġesù jurih li triq waħda hemm. B’riferenza għall-ħolma ta’ Ġakobb, li biex jorqod u jserraħ rasu, li serraħ rasu fuq ġebla, Ġesù juri lil min qed jisimgħu li huwa hu it-triq waħdanija għal din l-għaqda. Fih ma jibqax distinzjoni bejn hemm u hawn; fih biss jingħaqad kollox: is-sema u l-art. U jekk l-anġli, telgħin u niżlin fuq bin il-bniedem, huma ħlejjaq perfetti, li jaqdu lil Alla (anke kif jixhed l-isem stess tal-arkanġli li niċċelebraw illum: Mikael, min hu bħal Alla?, Rafael, il-fejqan ta’ Alla, u Gabriel, il-qawwa ta’ Alla) il-ħin kollu, hekk isiru il-bndmin fi Kristu. Huma wkoll isiru perfetti u huma wkoll ikollhom dan l-aċċess biex igawdu u jaqdu lil Alla minn fuq dan is-sellum jew pont li huwa Kristu. Hemm loġika perfetta fil-kliem ta’ Ġesù immirata lejn il-bniedem li hu loġiku.

Kemm hu sew li nfittxu u kemm hu sew li nifirħu meta nsibu dak li nfittxu. Il-grazzja ta’ Alla qiegħeda hemm għalina lkoll. L-għemil tagħna jista jitjieb dejjem, iżda t-tjieba ma tridx tkun mibnija fuq il-ħiliet tagħna għax dawk huma għodda; it-tjieba tagħna trid tkun ġejja u mibnija fuq Ġesù Kristu. Mingħajru la hemm fidi, la hemm tama u wisq inqas imħabba.

Ħares madwarek u ara kif qed iġġib ruħek ma min hu ħdejk. Minn xhiex imqanqal? Mit-tajjeb u x-xewqat tiegħek jew mit-tjieba li ġejja minn Kristu li jrid iwassal imħabbtu lejn il-bnedmin permezz tiegħek?

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: