Home > Lectio Divina > Lectio Divina ta-31 Ħadd Matul Sena A

Lectio Divina ta-31 Ħadd Matul Sena A


Vanġelu (Matt. 23. 1-12): Il-Vanġelu tal-lum jagħti bidu għall-Kap. 23 fejn insibu kliem iebes ta’ Ġesu fuq l-Iskribi u l-Fariżej. Jindirizza dal-kliem lin-nies u lid-dixxipli, għax preokkupat li ma jmorrux idaħħlu fil-komunita l-mentalita tipika tal-Fariżej u l-Iskribi. L-ispiritwalita’ ta’ dawn ma taqbilx mar-rapport li wieħed għandu jkollu m’Alla skond it-tagħlim ta’ Kristu. In-nies kellhom stima għolja tal-Fariżej għax kienu jafu l-Iskrittura u kienu jgħixu ħajja reliġjuża stretta.

San Pawl darba ftaħar (Ittra lill-Filippin) li meta kien Fariżew ħadd ma seta’ jsib xi jgħid fih. Il-Fariżej kellhom ukoll ċertu żelu għal Alla. L-iskribi kienu studjużi tal-iskrittura. Dawn kienu essenzjali waqt l-eżilju fil-Babilonja fejn il-Lhud, bla Tempju, ma setgħux joffru sagrifiċċji u jaduraw lil Alla. Kien hawn li bdew l-ewwel sinagogi fejn l-Iskribi kienu jiġbru n-nies u jgħallmuhom jirriflettu fuq it-testi sagri. F’dawn il-laqgħat, l-Iskribi siltu l-liġijiet u ġabruhom fi ktieb – it-Torah. Fi żmien Ġesu, l-Iskribi kellhom awtorita fuq il-profeti u s-saċerdoti. Kien ikollhom it-tqegħid tal-idejn fuq rashom u hekk jirċievu l-qawwa u l-ispirtu ta’ Mose u tal-profeti.

1. “Fuq il-kattedra ta’ Mose’ qagħdu l-kittieba u l-Fariżej.” Fuq din il-kattedra fis-sinagoga kien ipoġġi r-Rabbi biex jispjega l-Iskrittura. Ġesu qed iwissi lid-dixxipli u lin-nies li Alla ma jkellimhomx permezz tal-Iskribi u l-Fariżej imma tal-profeti. Mela dawn ma kellhomx dritt ipoġġu fuq il-kattedra. Ġesu jwissi lid-dixxipli: “Attenti mill-ħmira tal-Fariżej. Jekk ftit minn dil-ħmira tidħol fl-għaġna tagħkom, intom li magħġunin xbieha t’Alla, taf tħassar din ix-xbieha. Din terġa’ teħodkom lura għar-raġunar tad-dinja l-qadima, i.e. ‘Alla kattiv, iħallas skont il-merti. Hu qaddis, allura jżomm ruħu ‘il bogħod mill-midinbin.’ Mentri jien ngħidilkom u nibqa’ ninsisti li Alla jħobb lil kulħadd bla distinzjoni.” Anki llum insibu min jinħakem minn din il-ħmira: ipoġġi fuq il-kattedra, jagħti l-ordnijiet, jiddieċiedi kif l-oħrajn għandhom jgħixu, iwaqqa’ għaċ-ċajt il-leħen tal-Knisja u jipprova jagħlqilha ħalqha meta titkellem fuq l-abort, ewtanasja, eċċ. Dan il-Fariżew tal-lum ma jiflaħx jisma’ li Alla jħobb lill-midneb u jibqa’ jiġri warajh sal-aħħar. Għalih il-midneb ħaqqu l-kastig, u daqshekk. Noqgħodu attenti aħna wkoll illum, għax jistagħu jidħlu fina fin fin xi wħud minn dawn is-sentimenti tal-Fariżej tal-lum li jibbumbardjawna bihom fuq facebook, app u l-media. Ġesu jkompli jwissi lill-komunita Nisranija u lilna wkoll:

2. “Kull ma jigħidulkom għamluh, iżda tagħmlux kif jagħmlu huma.” Dan il-vers jinstema’ kontradittorju. Fil-fatt, fl-ewwel parti Ġesu hu ironiku: “Ippruvaw għamlu dak li jgħidulkom u tindunaw li ma tkunux tistgħu tagħmlu bħalhom. Tibdew tgħixu ħajja bla ferħ u bla mħabba, mimlija ansjeta, skrupli u qtigħ il-qalb.” E,g, kellhom 39 azzjoni li ma setgħux jagħmlu s-Sibt, u kull wieħed minn dawn kellu 39 regola. Kien impossibbli li ma tiksirx xi waħda minn dawn l-1521 regola. U, meta tagħmel hekk, kien ikollok bżonn tippurifika ruħek. Kif seta’ wieħed jgħix b’din is-sikkatura kollha? San Pietru: “Għala tittantaw lil Alla billi tgħabbu madmad fuq il-poplu li ma jiflaħx iġorr?” (Atti). Jeħtieġ li aħna ma nħallux dawn l-eluf ta’ rqaqat skruplużi jidħlu fir-relazzjoni tagħna m’Alla għax m’humiex ġejjin mill-Kelma t’Alla imma vvintawhom il-Fariżej mit-tradizzjonijiet tagħhom. Għalkemm kienu josservawhom u jparlaw fuqhom, ma kinux qed iwettqu r-rieda t’Alla. Ġesu qed jgħid illum: “Ejjew għandi ħa nneħħilkom dal-piż. Kull m’għandkom bżonn hi l-imħabba. Dak li ġej mill-imħabba aċċettawh; il-bqija waddbuh ‘il barra.” Għad għandna min jgħix bl-iskrupli, indulġenzi, merti, u wegħdiet lill-qaddisin?

3. “Kull ma jagħmlu għal għajnejn in-nies…Rabbi.” (a) Filatteriji kienu strixxi tal-ġild li magħhom kienu jorbtu kaxxi żgħar li kien fihom erba’ testi mill-Bibbja: waħda fuq moħħhom u l-oħrajn ma’ jdejhom= “il-liġi quddiem għajnejja, u tiggwida l-aġir tiegħi.” Fit-tarf tal-libsa tal-qassis il-kbir kienu jagħmlu qniepen żgħar li kienu jdoqqu ma’ kull pass li jagħmel. F’kelma waħda: “Arani!” Noqogħdu attenti biex xi elementi simili li kienu daħlu fil-Knisja qabel il-Konċilju ma jerġgħux jidħlu, e.g. il-kuruna tal-Papa trirenju (li kienet tfisser li hu l-kap fuq il-kapijiet kollha tad-dinja u vigarju ta’ Kristu). Mill-Papa Pawlu VI ‘l hawn ħadd ma reġa’ libisha. (Re kien jilbes kuruna biex jidher twil). (b) “Iħobbu l-postijiet ewlenin fil-pranzijet” biex jiġu servuti l-ewwel u mill-aħjar. Għal Ġesu, ikollu post privileġġjat min iservi. (ċ) Titli ta’ unur: “Rabbi”=sinjur tiegħi (Monsinjur?). Għal Ġesu l-uniku titlu li jagħmillek unur hu dak ta’ qaddej.

4. “Tħallu ‘l ħadd min isejħilkom ‘Rabbi’…” Il-Papa, l-isqof u l-qassis mhux mgħallmin. Dawn jirripetu u jispjegaw il-kliem tal-uniku Mgħallem, bħal tfal tal-iskola li jifhmu mill-ewwel il-lezzjoni, imbagħad jgħinu lil sħabhom batuti biex jifhmu. Aħna lkoll dixxipli, lkoll aħwa. L-uniku Mgħallem hu l-Ispirtu ta’ Kristu, li ġie mogħti lilna bħala ulied Alla, u li jkellimna fil-fond ta’ qalbna, u jissuġġerilna kif għandha tkun l-imġieba tagħna. Xi wħud jisimgħu dal-Leħen mill-ewwel, u mbagħad ikunu jistgħu jgħinu lill-oħrajn li jkunu qed jitħabtu biex jisimgħuh. (b) “Missier”: ħadd m’hu missier ħlief il-Missier Etern. Aħna wliedu msejħin biex nixbhuh. (ċ) “Mexxej”: Aħna qegħdin f’mixja. L-uniku gwida f’dil-mixja hu l-Messija.

Sors: lachiesa.it/liturgia/omekie/padrefernando armellini

Categories: Lectio Divina
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: