Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tat-Tlieta, 31 ta’ Ottubru 2017

L-Evanġelju tat-Tlieta, 31 ta’ Ottubru 2017


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Lq 13, 18-21

Il-mustarda tilqa’ l-bejtiet u l-ħobża titma lil min hu bil-ġuħ. F’waħda mit-talbiet li tintuża fil-Quddiesa, dawk it-talbiet tal-bidu li ngħidulhom ‘kolletti’ lil Alla nitolbuh biex, fost il-ħafna tibdil ta’ din il-ħajja, il-qlub tagħna jistrieħu fejn hemm tassew il-hena, għax il-qlub tagħna jridu l-istabilità f’dakli jhennihom.

It-tibdil huwa inevitabbli. Hawn min jiġġieled għalih u hawn min jirreżistih. Imma kull tibdil iqanqal rejazzjoni jew żgħira jew qawwija, li tista’ titfa’ lill-bniedem li jgħix il-bidla fi kriżi, kultant kriżi ta’ qtiegħ il-qalb. Mhux ta’ b’xejn li nisimgħu frażijiet bħal ‘kemm konna aħjar meta konna agħar’; paradoss vera, imma ngħiduh u, meta naqtgħu qalbna, nemmnuh. Naraw dlam biss, nitilfu kull kuraġġ li jeġġiġna biex inqumu fuq saqajna u nimxu.

Ġesù jimlilna qalbna bit-tama u bil-kuraġġ biex, quddiem kull saram li nsibu ruħna quddiemu, kbir kemm hu kbir, ebda sitwazzjoni ma hi bla soluzzjoni, ebda lejl ma hu bla sebħ. Iżda kollox fiċ-ċokon u miċ-ċokon. Alla tant goff f’imħabbtu, jiżra’ t-tajjeb fiċ-ċkejken. Meta tisimgħu jitkellem fuq is-Saltna, tistħajlu se jqabbilha ma xi saltna oħra qawwija, kif imdgħorrijin nagħmlu aħna. Tismana nitkellmu bejnietna, il-ħin kollu nużaw kliem tqil u bombastiku biex nuru li aħna l-aqwa, aħna l-ikbar, aħna l-ewwel.

Imma Ġesù le. Ġesù jqabbel is-Saltna ta’ Alla ma’ żerriegħa tal-mustarda. Ċkejkna, iżgħar minn ġulġliena; bilkemm taraha. Żgħira u nsinifikanti, iżda b’potenzjal kbir. Wieħed raġel żeragħha fil-ħamrija. Fis-skiet tikber u fis-skiet issir xitla u siġra tant li l-għasafar tal-ajru jsibu l-kenn tagħhom u tal-familja tagħhom fiha. Jien u int weħidna nħossuna miblugħin mis-sistemi, nitkaxkru mal-kurrent għax inħossuna bla saħħa iżd afina hemm potenzjal kbir. Mhux biss nistgħu nikbru, iżda nistgħu nikbru tant li nissorprendu lilna nfusna, nikbru tant li ħaddieħor iħossu moħħu mistrieħ magħna, fina jsib il-kenn.

Inutli nwaħħlu f’ħaddieħor u naqtgħu qalbna minn dak li jgħid jew jagħmel. Is-sigriet mhux f’ħaddieġor iżda fija. Alla jiżra’ fija qawwa ċkejkna b’potenzjal kbir. Forsi qatt ma nirrejaliżżaw kemm aħna nistgħu inkunu preżenza sabiħa u qawwija fil-ħajja tal-oħrajn, x’differenza kbira nagħmlu f’ħajjithom. Qatt immaġinajt kif kienet tkun id-dinja mingħajrek? Qatt ħsibt kelma ta’ ġid li għidt x’differenza sabiħa għamlet fil-ħajja ta’ xi ħadd? Qatt għaraft li azzjoni tajba li għamilt bqgħet ħajja fiż-żmien? Kultant ingergru u neqirdu, imma b’hekk rari naslu x’imken. Is-Saltna ta’ Alla hija eżżempju għalina. Alla jurina s-sigriet tal-bidla għat-tajjeb fejn kulħadd ikun hieni u moħħu mistrieħ. Ibda bil-ftit li għandek u ppersevera fih.

Il-ħmira ma tiekolhiex weħidha. Mhux biss għax m’aħniex imdgħorrijin nikluha, iżda għax għandha rieħa u togħma ta’ qrusa. Imma ċertu ikel u xorb ma nimmaġinawhx mingħajrha. Weħidha kważi ma tiswa xejn, imma mħallta bis-sengħa u bir-rażan mad-dqiq kapaċi toħroġ ħobżata’ tjubija kbira. Is-Saltna ta’ Alla, jgħid Ġesù, tixbah lil ftit ħmira li waħda mara qabdet u xeħtet ma tlitt sigħan dqiq. Tlitt sigħan huma bejn wieħed u ieħor sitta u tletin kilo dqiq. B’għaġna tad-dqi u l-ħmira dik il-mara setgħet titma familja sħiħa għal ħafna żmien. L-eżempju jidher esaġerat. Iżda bi ftit ħeġġa u impenn, flimkien nistgħu naslu għal dak li jidher esaġerat jekk ma nagħmlu xejn. Għidli x’sens hemm f’li nħallu lħmira tagħna tiqras u ma tiswa għaxejn, meta nistgħu inħalltuha mad-dqiq ta’ ħafna biex nitimgħu lil kulħadd! Alla ma jridx jtma’ biss lil-familja tiegħu, imma lil kulħadd.

L-ikel qiegħed hemm għal kulħadd. Agħtuhom intom x’jieklu.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: