Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tas-Sibt, 4 ta’ Novembru 2017.

L-Evanġelju tas-Sibt, 4 ta’ Novembru 2017.


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Lq 14, 1.7-11

Donnu kien għadu mhux kulħadd wasal. U donnu ma kienx hemm postijiet riservati. Wara li ħadd ma kellu l-ħila jwieġeb lil Ġesù għall-mistoqsija tiegħu dwar jekk jaqalekx ibnek jew il-barri fil-ġiebja tħallihx hemm għa xikun is-Sibt, il-mistednin kienu għadhom jaslu. U mid-dehra kulħadd beda jfittex post tajjeb, fuq quddiem, probabli mhux biss għax biex jieklu l-aħjar iżda biex jidhru l-aħjar.

Dawn kienu jemmnu ħafna li l-ewwel ma tiekol l-għajn (kieku kulħadd jiekol bil-għajn biss, kulħadd imut bil-ġuħ); riedu jkunu fejn hemm l-attenzjoni biex jieħdu stessu mal-imgħallem u ma’ min kien stedinhom, biex ikollhom x’ipoġġu fuq facebook u hekk kulħadd jgħid kemm huma bies tajba, minn ta’ quddiem biex jisimgħuh; ovvjament x’kienu jagħmlu b’li jisimgħu, dik ħaġ’oħra. L-importnati li jidhru li huma miegħu.

Issa kien qed jssindika Ġesù wkoll. Rahom jgħaġġlu u jimbuttaw biex jidhru. Min jaf kemm tbissem. Ftit li xejn kenu qed jindunaw li qed jidhru boloh. Imma ngħiduha kif inhi, anke tidher iblah, l-importanti hu li tidher iblah ma’ min bħalissa popolari. Anke jekk nidhru bla moħħ, jew agħar, għandna moħħ u ma rridux nużawh, l-aqwa li nidhru fuq quddiem nett fil-fillieri tal-‘fans’. Jekk xi ħadd jgħajjarna boloh, nieħdu għalina bil-kbir, iżda li nkunu boloh, ma jimpurtax.

Ġesù ma jċanfarx, mhux iebes fi kliemu, iżda jieħu l-okkażjoni biex jiftħilhom għajnejhom u jiftaħ għajnejna wkoll. Wieħed jista’ jistħi, jekk ikun jaf kif, jekk xi ħadd jiġi jgħidlu biex iċedi l-post li mhux tiegħu lil dak li hu tiegħu u li huwa iktar importanti minnu. Kemm hu sew li wieħed iżomm postu. Din hi l-umiltà. L-umiltà mhix stramberija. Fid-dinja hawn biżżejjed stramberiji, m’hemmx għalfejn inżidu. Li tkun umli jfisser li żżomm postok, bit-atjjeb u bl-inqas tajjeb tiegħek. Minn hemm tista’ timxi, minn hemm tista’tibda tibni, minn hemm tista’ tikber, mhux għax tkabbar lilek innifsek iżda għax l-umiltà tiegħek tagħmlek kbir.

Aħna nammiraw ħafna lil min hu umli, imma x’qed nitħajru minnu, x’jgħallimna, f’xiex qed iqanqalna? L-opinjoni għolja li jista’ jkollna tagħna nfusna hija bħal bużżieqa li malajr tista’ tinfaqa’. Iktar kemm ngħollu lilna nfusna ’l fuq, iktar nistgħu nieġdu tisbita kbira.

Qegħdin ngħixu f’mentalità, u qed nittieħdu sew minnha, li iktar kemm timbotta lilek innifsek, iktar kemm tkun poploari, iktar kemm jarawk sabiħ in-nies, ovvjament għax togħġobhom, iktar se tħossok kuntent, iktar se tkun fil-milja tiegħek.

Imma jekk il-maskra ma jaraha ħadd, int taf li tkun liebes waħda u li dak li qed jaraw l-oħrajn huwa biss gidba.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: