Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tal-Ħadd, 5 ta’ Novembru 2017

L-Evanġelju tal-Ħadd, 5 ta’ Novembru 2017


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Mt 23, 1-12

Kont rajtha stramba ħafna, meta, Dun Mario Agius, Alla jaħfer issa lilu wkoll, kien għażel din is-silta mill-Evanġelju ta’ San Mattew għall-funeral ta’ missieru. Kien għamel omelija kif kien jaf jagħmel hu li kien jaf jara dak li ma jarax kulħadd u li forsi ħafna kienu jaraw stramb. Probabilment rajtha stramba għax jien ukoll jista’ jkolli l-ewwel rejazzjoni ta’ fariżew meta nisma’ xi ħaġa jew nara xi ħaġa li nħossha thedded is-sigurtà tiegħi.

Sa ċertu punt aħna lkoll fariżej. Kien hemm fariżej li kienu tajbin u jgħixu dak li jiipridkaw. L-Evanġelji jsemmu li dawn ukoll. Ġesù kien iċanfar u jikkundanna u jsejjaħ b’titli xejn sbieħ lil dawk li ma jagħmlux dak li jgħidu lil ħaddieħor biex jagħmel, dawk li jfaħħru lill-martri imma fl-istess nifs iżebilħu dakli li l-martri mietu għalih, dawk li jaħtfu l-għerf u jgħallmuh sa l-inqas dettal imma mbagħad jiġu jaqgħu u jqumu minnu. Bħal meta xi ħadd jgħidlek li qed iħoss uġiegħ u l-ewwel kelma li tiġik f’ħalqek hi ‘mur ara tabib’ u mbagħad int biex tmur għand it-tabib, trid tasal fl-istat li ma tistax tiċċaqlaq. Li kieku l-pariri li nagħtu lil ħaddieħor, ngħixuhom l-ewwel aħna, kieku d-dinja hija ħafna aħjar. Li kieku l-akkużi li nagħmlu lil ħaddieħor naraw humiex fina l-ewwel u nikkoreġuwhom, kieku d-dinja waslet biex tkun ġenna tal-art mill-ġdid.

Għax aħna lkoll fariżej. It-tajjeb nafu x’inhu u nippretendu li ħaddiħor għandu jgħixu, iżd al-għarbiel għalina għandu toqob wiesgħa ħafna. Dan iwassalna biex nakkużaw lil ħaddieħor anke meta ħaddieħor ikun qed jagħmel it-tajjeb. Niġġustifikaw l-għemil qarrieq tagħna billi nkabbru u nesaġeraw l-iżbalji ta’ ħaddieħor u meta żbalji ma nsibux, nagħtu nterpretazzjoni fantastika iżda qarrieqa tat-tajjeb li jagħmlu; minflok nikkundnnaw dak li jgħidu jew jagħmlu, għax fil-fatt ma jkun fih xejn x’tikkundanna, nistħajlu u niġġudikaw u nikkundannaw l-intenzjoni mistħajla. U tiskanta kemm dan jingħoġob minn ħafna. Ir-responsabiltà tagħna met ankunu fariżej b’dan il-mod, hija ħafna iktar minn doppja, għax mhux biss qed inkunu ħatja ta’ għemilna imma qed inġorru r-responsabiltà tal-ħtija ta’ ħaddieħor. Jekk waqajna fil-ħofra, hija reposnabiltà tagħna, imma meta nimbuttaw lil ħaddieħor fiha u noghxew bil-ħmieġ li tħammeġ bih, il-ħmieġ tiegħu huwa l-ħtija tagħna. Ix-xitan l-ewwel iħajrek u mbagħad jikkundannak. Min jiżra’ l-ħażen f’qalb ħaddieħor huwa dak li jħajrek biex ikollu biex jikkundannak u xturu jidher inqas jew ma jidher xejn.
Aħna fariżej meta nftittxu t-titli u l-onorifiċenzi biex quddiem in-nies nidhru li aħna aqwa. Aħan l-qassisin bħal kulħadd. Iktar kemm jistmawna n-nies iktar nonfħu żaqqna u nkabbru rasna. Hemm xi ħaġa ħażina fit-titli u l-onorifiċenzi jew f’dak linilbsu li jiddistingwina minn oħrajn li ma jilbsux bħalna? Lanqas xejn. Imma l-kriterju tal-kobor jibqa’ wieħed. Li tħobb u li taqdi. Dak hu l-ikbar u l-aqwa ġieħ li jiddistingwina minn kulħadd u jagħmilna nixbħu lill-Imgħallem li sejħilna u għażilna.

Aħna fariżej li neħtieġu l-indiema għax biex nidhru sbieħ quddiem l-oħrajn infitxxu s-siġġijiet ta’ quddiem, niċħdu l-istat veru tagħna u nadottaw wieħed li naħsbu li hu għola, niċħdu l-età tagħna biex nidhru iżgħar milli aħna, nissellfu u niddejnu biex ikollna dak li hu aqwa minn ta’ ħaddieħor, ninżebgħu u nitmaskru biex ma nidhrux kif tassew aħna, ħalli mingħalina nogħġbu lill-oħrajn. Iżda aħna fariżej meta nħallu lil min nafu li qed ibellgħalna l-fantasija u jimlilna qalbna b’dak li mhux postu fiha għax naħsbu li jaqblilna; meta għax irridu niċħdu l-verità u nżebilħuha.

Ġesù ma jikkunannaniex meta jfakkarna dan kollu. Il-kelma tiegħu hija kelma ta’ fiduċja u tama fina. U din mhix fantasija, mhix titli vojtau kliem fieragħ. Alla anke lil fariżew jilqa’ b’dirgħajh miftuħa jekk iħaddan il-verità u jgħixha. Alla ma jisfurzax fuqna l-indiema imma jiftaħ għajnejn kulħadd u jagħti lil kulħadd l-okkażjoni biex jindem bil-grazzja tal-verità li huwa HU.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: