Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tat-Tnejn, 6 ta’ Novembru 2017

L-Evanġelju tat-Tnejn, 6 ta’ Novembru 2017


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Lq 14, 12-14

U l-ikla tkompli. Ġesù li jiekol ma’ kulħadd, għalkemm mhux kulħadd jista’ jkun miegħu, anke dawk li stednuh jiekol magħhom. U Ġesù jkompli jiftaħ l-għajnejn ta’ min qed jisimgħu. X’inhi tassew l-intenzjoni tal-istedina tiegħu? Għalfejn ridtu hemm? Ridt’x’ridt, kienet x’kienet l-intenzjoni tiegħu, l-intenzjoni ta’ Ġesù ma tinbidilx, is-sejħa tiegħu ma tiskotx, anke quddiem min isodd widnejh u jgaħlaq għajnejh, anke quddiem min iwebbes rasu. Ġesù ma jaqta’ qalbu qatt.

U hawn Ġesù jagħmel distinzjoni, li ħafna drabi aħna ma nagħmlux. Aħna mingħalina li konverżjoni tfisser li tibdel l-għemil, dak li jidher dak li jinstema’ u ġewwa jibqa’ kollox kif inhu, mherri bis-susa tal-egoiżmu u l-kejl li jiġbed lejja. B’dan il-mod il-konverżjoni ma sseħħ qatt. Nibdlu l-qoxra imma l-arja ta’ ġol bużżieqa tibqa’ l-istess, nibqgħu nieħdu n-nifs minnha. Aħna mingħalina li konverżjoni u bidla jseħħu meta n-nies jaħsbu li aħna nbdilna imma aħna nibqgħu naħsbuha l-istess. Sa ċertu punt, anke jekk aħna ġenwini fil-mod kif nippreżentaw lilna nfusna quddiem l-oħrajn, hemm periklu kbirli nkunu qed indaħħluh f’nasba, għax fl-aħħar mill-aħħar kemm se jkollna ħila ndumu nuru dak li m’aħniex? Xi darba ż-żejt jilta f’wiċċ l-ilma u l-verità titperreċ minn fuq il-bjut. Dan jiġri anke jekk aħna ġenwini, aħseb u ara meta ma nkunux.

San Ġorġ Preca kien jagħafas fuq li jagħafas mal-membri tas-soċjetà tieghu fuq l-intenzjoni retta; tagħmel mhux dak li int taħseb li hu tajjeb, iżda tagħmel it-tajjeb li jrid Alla minnek. Lil San Ġorġ infaħħruh u nqmuh, imma kliemu, dak ilu li ntqal u ma jgħoddx għalina. Imma kliem Ġesù jiftħilna għajnejna llum ukoll u kliem Dun Ġorġ għadu riċetta tajba għalina lkoll.

Meta xi ħad djistiednek għall-ikel u fil-fond ta’ qalbek taf li qe djistidnek biex int tistiednu lura, ineħħilek kull gost tal-ikla lijkun stiednek għaliha. Fiha ma tarax ospitalità, rispett, ġenerożità; tara nasba kif dak li jkun stiednek se jerda żijed minn fuq dahrek. Mill-ikla, li hija l-quċċata tal-espressjoni tal-ħbiberija u rispett, ma tieħu xejn ħlief tensjoni u nkwiet. U jekk bniedem stiednek għal ikla biex jieħu xi ħaġa mingħandek, kif tista’ tafdah fil-bqija. Jekk kien lest jagħmel hekk b’ikla, min se jikkonvinċik li ma jagħmilx hekk fil-bqija ta’ dak li jgħid u jagħmel! Meta l-intenzjoni mhix retta, meta t-tajjeb niddeċidih jien, influwenzat u kkundizzjounat mill-ġibdiet kbar lejja nnnifsi, il-fiduċja tintilef u meta l-fiduċja tintilef mhux faċli terġa tinstab.

Minn naħa l-oħra, x’gost hemm f’li xi ħadd jurik li jħobbok u jirrispettak għal dak li jista’ jieħu mingħandek? Kemm niflaħ inkun iblah. Min iħobbni għax jista’ jieħu xi ħaġa minni, x’qed iħobb tassew, lili jew dak l ijista’ jieħu minni. Il-mentalità qawwija fi żmienna, u xi ftit u kultant ħafna, minn dejjem kienet hija li nigref, nisloħ, nakkwista, anke bi ħsara kbira għar-relazzjonijiet tiegħi mal-iktar għeżież. Hija mentalità li tniżżilna għarrkupptejna nittallbu meta għandna nkunu dejjem bilwieqfa nirrelataw ma’ xulxin wiċċ’imb’wiċċ.
Min jipprova jaqbad ħafna ramel niexef f’idejh, jipprova jrossu biex iżommu għandu. Iżda iktar kemm tross ponn ramel, iktar ir-ramel jaħrab u l-ponn ramelli tkun qbadt josgħsfor.

F’dak li tagħmel tfittixx kemm se tieħu lura u kif se żżommu. Meta tagħti tagħti minn qalbek. L-imħabba mhux vera hija ‘give and take’; dak busniess jissejjaħ. L-imħabba hija ‘give and give’. Ix-xewqa ta’ Ġesù hija din u hu hekk għamel. Meta jkunn hemm ħafna li jħobbu bil-‘give and give’ se kun hemm ħafna li jkunu maħbuba bir-‘recieve and recieve’

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: