Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tat-Tnejn, 13 ta’ Novembru 2017

L-Evanġelju tat-Tnejn, 13 ta’ Novembru 2017


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Lq 17, 1-6

Id-dixxipli qed iħossu li bil-ħila tagħhom biss ma jistgħux jimxu skont kif qed jissuġġerilhom Ġesù. Kif tista’ quddiem il-qawwa tal-ħażen u l-kompliċità tal-bnedmin li jissieħbu biex iwettquh! Anke fil-preżenza ta’ Ġesù nnifsu, bis-sinjali li kien iwettaq u bil-kelma qawwija tiegħuis-setgħa tal-ħażen fuq id-dinja u l-bnedmin li jgħammru fiha, tidher sur li ma jingħelibx.

Ma jsitax ikun li ma jingħatawx skandli. Ir-rejaliżmu ta’ Ġesù jgħaġġibna. Anke għalih il-ħażen u t-tfixkil, huma rejaltà. Mhux kulħadd jilqa’ bil-qalb u b’ġenwinità il-kelma t-tajba tiegħu, hawn min ixerred il-ħsieb u jirnexxilu jiżirgħu sewwa li l-imħabba hija xhieda ta’ dgħufija, li jaqbillek taħseb fik innifsek dejjem u kullimkien, li l-qerq għandu jkun f’moħħ kulħadd, li l-gidba għandha tkun il-verità li tmexxina.

l-iskandlu huwa tfixkil, il-kelma griega tfisser bastun fir-roti, gambetta. Ma jfissirx li bniedem jagħmel il-ħażin, iżda li jfixkel lil ħaddieħor milli jagħmel it-tajjeb. Ifisser li jekk il-bniedem b’intenzjonijiet tajba ma jkollux kurrent kontra xhiex jiġġieled, jara kif jagħmel biex joħloqlu wieħed jew iktar minn wieħed; ifisser li xi ħadd jagħmel xogħol il-Ħażin u jara kif jagħmel biex lit-tajjeb jagħlaqlu ħalqu, iweġġgħu, iwarrbu minn nofs. L-iskandlu jfisser li xi ħadd jew xi wħud jaraw lit-tajjeb bħala tfixkil għalihom u allura ikunu ta’ tfixkil għalih. Ma jistax ikun li dan ma jkunx minnu, għax il-Ħażin jagħmel xogħlu tajjeb u jsib min jaqdih mill-koxxa.

Iżda Ġesù, filwaqt li juri x’se jsib ma’ wiċċu min ifixkel lit-tajjeb, iwissi lil min hu tajjeb biex ma jilgħabx il-logħaba tal-ħażin. Iwissi kontra l-mibgħeda. Tilgħabx il-logħba tiegħu, imma widdbu u jekk jindem aħfirlu. Widdbu, iftaħlu għajnejh, ħobbu billi turih l-iżball tiegħu. Hekk biss ma taqax u ma titfixkilx. Quddiem il-ħażen nistgħu naqtgħu qalbna, inċedu, nibżgħu. Iżda Ġesù ma jaqta qalbu minn ħadd. Widdbu u aħfirlu. Missier aħfrilhom għax ma jafux x’inhuma jagħmlu, iżda jekk jafu u meta jsiru jafu, iridu jindmu mill-ħsara u jaqbdu t-triq li twassal għall-imħabba, għall-ħajja.

Id-dixxipli jħossu l-piż ta’ kliem Ġesù jagħfas sewwa fuq in-natura dgħajfa tagħhom li huma u aħna magħhom nafu sewwa. Id-dixxipli u aħna magħhom nafu li weħidna ma naslux. Tina mqar ftit mill-fidi tiegħek, kattar fina l-fidi, xi ħaġa hemm imma mhix biżżejjed.

Meta naħsbu li aħna nistgħu nieqfu fuq saqajna weħidna jgħarralna. Biex nimxu fuq il-passi tiegħu irid ikollna l-istess dawl li għandu hu, l-istess ħeġġa li għandu hu, l-istess konvinzjoni u determiazzjoni li għandu hu. Ma nistax inkun tajjeb jekk naħseb li nista’ nkun tajjeb mingħajr it-Tajjeb. Il-fidi turina dak li l-esperjenza umana tagħna taħbilna. Il-fidi tqawwina fejn il-biżgħa mid-dgħufija tagħna jagħlaqna fina nfusna. Il-fidi tagħtina l-qawwa fejn in-natura dagħjfa tagħna marbuta mal-esperjenza, kultant negattiva, tal-ħajja ġġiegħelna nimxu b’dembna bejn saqajna.

Mulej, kattar fina l-fidi. Ġesù ma jinħebiex wara subgħajh. Inkattar! Biex tkattar irid ikun hemm xi ħaġa. Li kieku hemm xi ħaġa, imqar daqs żerriegħa tal-mustarda, taqilbu d-dinja ta’ taħt fuq. Mela, Mulej, agħtina l-fidi. U Ġesù jweġibna, li dan hu dak li jrid, li jkollna l-fidi. Imma l-fidi li jagħtina mhix dawl li taħbih, iżda dawl li timxi bih; mhix leħen sieket tal-kuxjenza, iżda tromba li tidwi u ttarrax biex il-qawwa tal-ħażin ma tirrenjax, biex min jipprova jiskandaliżża, isib l-ikbar skandlu hu, u jagħraf li għemilu huwa żbaljat, jindem u dnubu jinħafirlu.

Jekk naħsbu, u għandu mnejn għandna raġun, li fidi m’għandniex, mhux għax ma ġietx mogħtija lilna, iżda jista’ jkun li sakkarnieha fil-kexxun tat-tifkiriet u tal-okkażjonijiet. Iżda l-fidi magħluqa tmut. Biex tgħix u tikber trid il-beraħ, trid l-eżerċizzju, trid tissarraf b’mod konkret, fi ħsibijiet, fi kliem u f’għemil.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: