Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Diċembru 2017


Tħabbret il-lista taċ-Ċelebrazzjonijiet liturġiċi li se jmexxi l-Arċisqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Diċembru 2017.

349967-740xNone

Is‑Sibt 2 ta’ Diċembru, fl‑4:30 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Fleur‑de‑Lys.

Il‑Ħadd 3 ta’ Diċembru, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali tal‑Madonna tas‑Sacro Cuor, Tas‑Sliema. Fl‑4:30 p.m., l‑Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija.

L‑Erbgħa 6 ta’ Diċembru, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal‑Milied mal‑istudenti tal‑iskejjel tal‑Knisja u tal‑istat fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

Il‑Ġimgħa 8 ta’ Diċembru, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fis‑Solennità tal‑Immakulata Kunċizzjoni fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Bormla. Fil‑5:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l‑pussess lil Mons. Paul C. Vella bħala l‑Prepostu Arċipriet il‑ġdid tal‑Parroċċa Sant’Elena, Birkirkara.

Is‑Sibt 9 ta’ Diċembru, fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Qrar, u fis‑6:15 p.m. jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Burmarrad fil‑bidu tal‑Viżta Pastorali fil‑Parroċċa ta’ Burmarrad.

Il‑Ħadd 10 ta’ Diċembru, fis‑6:15 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Burmarrad bħala parti mill‑Viżta Pastorali.

It‑Tnejn 11 ta’ Diċembru, fl‑10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ ringrazzjament fl‑okkażjoni tal‑150 anniversarju mill‑ftuħ tar‑Residenza San Vincenz de Paul u wara jinawgura kappella tal‑adorazzjoni ġdida fl‑istess facilità.

Is‑Sibt 16 ta’ Diċembru, fil‑5:30 p.m., fl‑okkażjoni tal‑Festa tal‑Familja Mqaddsa, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall‑familji, organizzata mill‑GRUFAN, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

Il‑Ħadd 17 ta’ Diċembru, fil‑11:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Ġwann tas‑Salib, Ta’ Xbiex.

Il‑Ħadd 24 ta’ Diċembru, fil‑11:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi t‑talba tal‑Liturġija tas‑Sigħat fil‑Quddiesa ta’ Nofsillejl fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil‑Katidral tal‑Imdina. Il‑Quddiesa tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

It‑Tnejn 25 ta’ Diċembru, fl‑10:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

Il‑Ħadd 31 ta’ Diċembru, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Radd il‑Ħajr fi tmiem is‑sena, bil‑kant tat‑Te Deum, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.