Home > Aħbarijiet > Il-Polonja se tijprojbixxi l-ftuħ tal-ħwienet nhar ta’ Ħadd

Il-Polonja se tijprojbixxi l-ftuħ tal-ħwienet nhar ta’ Ħadd


Parlamentari Pollakki għadhom kemm approvaw abbozz ta’ liġi li se jneħħi x-xiri mill-Ħdud sal-2020. Din il-proposta saret mit-trade unions u wara sabet l-appoġġ tal-partit fil-Gvern li jrid li l-ħaddiema jkollhom aktar ħin mal-familja tagħhom.

WireAP_84c6658dfde04fb898c346b2bed5d103_12x5_992L-abbozz ta’ liġi ġie approvat b’254 vot favur u 156 kontra u jgħid li l-ftuħ tal-ħwienet il-Ħadd se jkun permess fl-ewwel u fl-aħħar ġimgħa tax-xahar sal-aħħar tal-2018, imbagħad fl-aħħar Ħadd tax-xahar fl-2019 u projbizzjoni sħiħa fl-2020. Madankollu se jkun permezz il-ftuħ tal-ħwienet fil-Ħdud tal-festi ewlenin bħall-Milied. Il-fran u l-ħwienet online se jkunu eżentati minn din il-projbizzjoni.

Intant stqarrija tal-Konferenza Episkopali Pollakka tgħid li dan l-abbozz mhux biżżejjed għax kulħadd għandu jkun liberu mix-xogħol nhar ta’ Ħadd.

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: