Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tat-Tnejn, 4 ta’ Diċembru 2017

L-Evanġelju tat-Tnejn, 4 ta’ Diċembru 2017


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 8, 5-11

L-Evanġelju skont San Mattew jidher li kien fl-idejn, bejn wieħed u ieħor, bejn is-snin tmenin u disgħin tal-ewwel seklu u jidher ukoll li kien miktub, jew bl-aramajk (il-lingwa mitkellma mil-Lhud fi żmien Ġesù), jew bi grieg f’idjoma lhudija. Fiċ-ċert ma nistgħux ngħidu għax l-oriġinal qatt ma nstab. Huwa ċert pero li dan l-Evanġelju kien immirat għal qarrejja lhud kemm mill-istil u anke mill-messaġġ li joħroġ minnu.

Dan hu sfond importanti anke biex nifhmhu l-qawwa tas-silta minn kapitlu 8. Il-qerda ta’ Ġerusalemm mill-imperatur Titu seħħet fis-sena 70 tal-ewwel seklu. Dan ifisser li jekk il-Lhud, li jidher li għalihom Mattew qed jikteb, kienu jobgħodu lir-Rumani qabel, kemm iżjed u iżjed wara din il-ġrajja. Ġesù jistgħaġeb bil-fidi ta’ dan ir-Ruman waqt li qabel kien stgħaġeb nin-nuqqas ta’ fidi tan-nies tar-raħal fejn kien trabba. Min qed jaqra jistgħaġeb b’dan l-istgħaġib ta’ Ġesù. Iżda l-iskop ta’ Ġesù huwa li juri li l-kelma tiegħu hija għal widnejn kulħadd u taqbeż bil-kbir il-fruntieri tal-preġudizzji tal-bniedem. Il-Kelma ta’ Alla u l-effetti tagħha, bħall-ħniena u l-fejqan ma huma monopolju ta’ ħadd u kulħadd huwa mistieden biex jismagħha u jemminha u jgħixha.
L-ewwel preġudizzju li jidher huwa dak tar-relazzjoni bejn iċ-ċenturjun u l-qaddej tiegħu, l-ilsir tiegħu. Disgħa u disgħin fil-mija, dan l-ilsir kien il-‘familja’ ta’ dan iċ-ċenturjun. L-uffiċjali tal-leġjuni rumani ma setgħux ikollhom familja legali, anke għal raġunijiet prattiċi bħal trasferimenti ta’ malajr u pagi għall-manteniment tal-familja. Setgħu iżommu lsir biex jieħu ħsieb il-ħtiġijiet tagħhom. Imma dejjem jibqa’ lsir; għal ħajtu u l-għixien tiegħu jiddependi minn sidu. Nafu, anke minn kliem Ġesù stess li kienet ħaġa ovvja li sid qatt ma jkun grat lejn dak li jagħmel l-ilsir. Dan iċ-ċenturjun, iżda jgħeleb dan il-ħsieb. Mhux biss grat imma lest li jmur hu stess jitkarrab għall-ilsir tiegħu.
Iċ-ċenturjun jagħraf li quddiem Ġesù li huwa Lhudi, huwa, bħala pagan, huwa inqas minnu. Qatt ma kellu jkun li ruman, ċenturjun ruman imur jiċċekken quddiem Lhudi, iżda dan l-uffiċjal tal-leġjun ruman, jegħleb dan il-preġudizzju wkoll. Ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi. Kliem ta’ suldat li sab ruħu fil-Quddiesa mhux għalxejn, imma għax juri d-dipendenza li jħoss min jitlob fuq il-ġenerożità ta’ dak li lilu jitlob.
Iċ-ċentrurjun iqabbel dak li jista’ jagħmle Ġesù mal-esperjenza tiegħu u b’hekk, hu li kien ħalef anke lejaltà lejn l-allat rumani, jagħraf li l-awtorità ta’ Ġesù kellha sfond divin. Jien taħt is-setgħa ta’ ħaddieħor, u għax għandi l-isfond ta’ din is-setgħa il-kelma tiegħi tgħodd. Inti li għandek fl-isfond is-setgħa ta’ Alla tal-Lhud, ordna, għax il-kelma tiegħek, minħabba s-setgħa ta’ Alla, tgħodd ħafna.
Iċ-ċenturjun jagħarf ukoll is-setgħa bla tarf li Ġesù kellu biex ifejjaq, anke mill-bogħod. Hija setgħa straordinarja. Li tfejjaq lil xi ħadd li qiegħed quddiemek diġa jqanqal stagħġib, iżda li tfejjaq lil xi ħadd mill-bogħod, ma tgħaddi minn moħħ ħadd.
Ġesù jagħaraf li l-mod kif qed iġib ruħu dan il-bniedem juri fidi fih li ma saba imkien f’Iżrael. Hija fidi li tgħeleb kull preġudizzju, kull moda ta’ ħsieb, kull ideja li dak li kien sa issa għandu jibqa’ għal dejjem. Mhux biss jurina li l-fidi ma hix sempliċiment wirt jew monopolju ta’ min jagħmel parti minn xi grupp esklussiv, imma jurina li l-fidi hija esperjenza li toħroġ lill-bniedem minn normi aċċettati mnn kulħadd u tgħinu jirraġuna u jġib ruġu b’mod li jgħaġġeb lil kulħadd, anke lil Alla nnifsu.
Dan huwa l-isfond li jrid ikun hemm biex aħna nisimgħu il-Kelma ta’ Alla u nistmawha mhux bħala kelma ta’ bniedem imma bħala l-Kelma ta’ Alla, kif tassew hi.

  1. rita vella
    December 4, 2017 at 11:48 pm

    Thanks Fr. Michael ta l ispjegazzjoni Tal evangelju li QED twaslilna. Jghini nifhem izjed I’ll kelma t’Alla. God bless you.

  2. Richard
    December 4, 2017 at 7:58 am

    Grazzi tal-ħsieb tal-lum. Issa iktar nistgħa nifhem il-Vanġelu. Richard

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: