Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tat-Tlieta, 5 ta’ Diċembru 2017

L-Evanġelju tat-Tlieta, 5 ta’ Diċembru 2017


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 10, 21-24

Mument qawwi ta’ ferħ, imqanqal mill-Ispirtu s-Santu, iwassal lil-Ġesù biex jikkomunika mal-Missier u mad-dixxipli. Id-dixxipli għadhom kemm waslu wara li Ġesù ftit qabel kien bagħthom f’kull belt jew raħal fejn kien se jmur hu. Minn dak li jirrapurtaw it-tnejn u sebgħin li kien bagħat, jidher li kienet ħidma li rnexxiet fil-għan tagħha. jidher li fost in-nies tal-bliet u r-rħula kien hemm għallinqas, rieda tajba li jisimgħuh; il-kelma li bagħat, jidher li ntogħġbot.

L-Ispirtu ta’ Alla, li jfur f’Ġesù jifraħ għax il-bnedmin li semgħu juru li l-kelma messitilhom qalbhom. U Ġesù jfaħħar lill-Missier li dakli hu moħbi bejnu u bejn il-Missier qed jiġi muri lill-bnedmin u l-bnedmin qed jiħdlu fl-intimità ta’ Alla, billi jsiru jafu min hu. Hemm rieda mqanqla minn imħabba bla tarf f’Alla li l-bnedmin ikunu ħaġa waħda miegħu, isiru jafu s-sigrieti ta’ Alla, dak li l-għerf tal-għorrief u d-dehen tad-dehnin, ma jasal qatt biex jagħaraf għax l-għef u d-dehen tagħhom stess joħloq ħitan li jillimitaw kemm jistgħu jagħrfu u jifhmu.
Dawk li jibnu d-dinja tagħhom fuq l-għerf u d-dehen, l-għerf u d-dehen tagħhom huma d-dgħufija tagħhom, għax ma jħalluom jagħrfu u jifhmu dak li hu iktar kbir mill-għerf u d-dehen tagħhom. Iċ-ċkejknin huma dawk li l-għerf u d-dehen tagħhom ma jorbtuhomx ma’ dak li jidher bl-għajnejn u ma dak li jinħass bl-idejn, iżda jiftħilhom qalbhom għal kull possibiltà ta’ sitwazzjoni, iktar minn hekk għall kull possibiltà ta’ fidi, ta’ tama u ta’ mħabba. Min lest li ma jħallix l-għerf u d-dehen tiegħu jirkbu fuq is-sarġ taż-żiemel ta’ ħajtu huwa ħafna iktar lest li jdawwar ħarstu u jiftaħ widnejh, jifhem b’moħħu u jħobb b’qalbu għal kull tama ta’ mħabba li tkabbar il-fiduċja kemm fi bnedmin oħra u iktar u iktar għal Alla.
Hija din id-disponibiltà li tferraħ lil Ġesù. Hija l-istess esperjenza li Luqa jirrakonta fl-ewwel kapitlu tiegħu meta Eliżabetta tiġi wiċċ’imb’wiċċ ma’ Ġesù moħbi f’ġuf ommu: Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; “u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Mbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! U minn fejn ġieni dan li omm il-Mulej tiegħi tiġi għandi? Għax ara, malli smajt f’widnejja leħen it-tislima tiegħek, it-tarbija li għandi fil-ġuf qabżet bil-ferħ. Iva, hienja dik li emmnet li jseħħ kull ma bagħat jgħidilha l-Mulej!”” Hemm ukoll hemm ferħ fit-tarbija fil-ġuf, iċ-ċkejkna fost iċ-ċkejknin li tisma’ t-tislima u taqbeż bil-ferħ. Hemm ferħ fis-smiegħ u hemm ferħ ikbar fl-ilqugħ ta’ dak li jinstema’.
Henjin għax taraw, henjin għax tisimgħu. Intom ġejtu msejħa biex taraw u ġejtu msejħa biex tisimgħu. Kien hemm ħafna li fittxew li jgħaddu dak li qe dtgħaddu minnu intom u ma rnexxilhomx, mhux għax ma kienx hemm għalihom, iżda għax riedu jaraw u jisimgħu dak li riedu huma fl-għerf u d-dehen tagħhom. Il-Kelma ta’ Alla ma tfissirx dak li rriduha tfisser aħna, imma twassal dak li aħna ma nistennewx li jasal, dak li aħna kultant ma rridux nisimgħu u naraw. Nistgħu niprruvaw ngħawġuwha, ndawruha, naqilbuha ta’ taħt fuq, intuha l-kuluri li rridu aħna, inneżżgħuha mid-divinità tagħha, imma l-Kelma ta’ Alla hi dik li hi. Bil-għerf u d-dehen kollu tagħna nistgħu nagħmlu minn kollox biex infassluha skont kif naħsbu l-aħjar għalina. Iżda kull ma jirnexxilna nagħmlu hu li nħalluha taħrab minn idejna u tmur għand ħaddieħor li lest li jilqagħha kif tassew hi.
Din hija l-kelma li turina Alla min hu u ddaħħalna fl-intimità tiegħu. Inutli nippruvaw inlibbsu maskra lil Alla biex jidher iktar attraenti skont il-kriterji tagħna biex jogħġob iżjed lilna u lil oħrajn, jew iktar ikraħ u qalil biex inwerwru lil min jagħraf id-dgħufija tiegħu.
Alla hu dak li hu, u ħadd u xejn ma jista’ jagħrraf lilu lilna ħlief hu stess permezz ta’ Ibnu. L-hena mhux qiegħed f’li nivvintaw Alla li jogħġobna, imma f’li jogħġobna Alla kif tassew hu.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: