L-Evanġelju tas-Sibt, 30 ta’ Diċembru 2017

Print Friendly, PDF & Email

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 2, 36-40

Bl-għeluq ta’ dan ir-rakkont, din is-sena l-Knisja tagħlaq il-ferji liturġiċi fl-ottava tal-Milied. Għada tiċċelebra l-familja Mqaddsa bl-istess tħabbira tas-siltiet mill-Evanġelju ta’ Luqa tal-bieraħ u llum.

Dak li tnissel fil-ġuf ta’ dik li hi mimlija bil-grazzja u twieled minnha, fuqu hi l-grazzja ta’ Alla.

Din l-armla għal għexieren ta’ snin, jista’ jkun li kienet tgħix fl-inħawi tat-tempju, tiddependi mill-ġenerożità tan-nies. Għalkemm Luqa mjgħidilniex li kienet mimlija bl-Ispirtu ta’ Alla kif jgħidilna dwar Xmun, jurina li kienet qaddejja ta’ Alla bis-sawm u t-talb; mara li tgħix qrib il-preżenza ta’ Alla u fiha.

Hi wkoll, kif waslet, għarfet lit-tarbija, u nfexxet tfaħħar lil Alla. Hi wkoll, għarfet li l-preżenza tat-tarbija kienet preżenza differenti; fiha hi wkoll rat it-twettiq tal-wegħda ta’ Alla lill-poplu tiegħu u bdiet titkellem fuq il-ferħ li ġarrbet ma’ dawk kollha li kien qe distennew it-twettiq ta’ dik il-wegħda.

Luqa jgħidilina li meta temmew kullma kellhom jagħmlu b’ubbidjenza għal-liġi, Ġużeppi u Marija reġgħu lura lejn Nażaret. Jista’ jkun li l-Evanġelista ma’ kellux l-istess għejjun ta’ tagħrif li kellu Mattew jew bil-maqlub. Mattew jagħtina r-rakkont taż-żjara tal-maġi, ir-rejazzjoni ta’ Erodi u t-twarrib tal-familja mqaddsa lejn l-Eġittu, li Luqa ma jagħtiniex.

Luqa jgħidilna li, wara dawn il-ġrajja kollha, Ġesù reġa lura flimkien ma’ Ġużeppi u Marija lejn s-skiet u l-anonimità ta’ Nazaret minn fejn beda kollox. Hekkhekk it-tifel kiber u ssaħħaħ sakem tasal is-siegħa tiegħu. Il-grazzja ta’ Alla kienet fuqu.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading