Home > Minn Fr Philip Cutajar OFM Cap, Ġenerali > Inkunu Strumenti ta’ Paċi

Inkunu Strumenti ta’ Paċi


Minn Fr. Philip Cutajar OFMCap

Fr. Philip Cutajar2Għall-grazzja ta’ Alla qed nagħtu bidu għal sena ġdida: is-Sena 2018. Iż-żmien igerbeb. Sena għaddiet u mietet bħas-snin ta’ qabilha u issa permezz ta’ dan ix-xahar ta’ Jannar qed naqilbu l-kalendarju taż-żmien ta’ ħajjitna. Bħal ta’ kull sena l-1 ta’ Jannar filwaqt li bħala nsara kattoliċi niċċelebraw il-Festa ta’ Marija Omm Alla, neddedikaw ukoll dan il-jum bħala Jum Il-Paċi. X’hemm isbaħ milli nagħtu bidu għas-sena l-ġdida nawguraw lil xulxin sena u ħajja ta’ paċi taħt il-ħarsien ta’ Marija Omm Alla, Ommna u Sultana tal-Paċi!

IL-ĦAMES ASPETTI TAL-PAĊI

Meta nitkellmu mill-paċi, mis-sliem fil-ħajja tagħna tajjeb li nħarsu lejn dan il-valur fil-ħames aspetti tiegħu:

  • L-ewwel u qabel kollox paċi ma’ Alla;

= U din nakkwistawha meta ngħixu fil-grazzja ta’ Alla billi naħarbu kull dnub li jbigħedna minn Alla.

  • It-tieni paċi magħna nfusna;

= Meta jirnexxielna  insolvu kull konflitt li jista’ jkollna fuq livell personali.

  • It-tielet paċi ma’ l-oħrajn, ma’ kulħadd bla distinzjoni ta’ ħadd;

= Ħbieb kulħadd. Inħobbu lil xulxin hekk aħna nixtiequ li l-oħrajn iħobbu lilna.

  • Ir-raba’ paċi ma’ l-ekoloġija, man-natura ta’ madwarna.

= Nagħmlu mill-ambjent id-dar tagħna lkoll billi nħarsuh u niddefenduh minn dawk li jridu għall-egoiżmu tagħhom jeqirduh.

  • U l-ħames, bħala nsara kattoliċi nemmen li huwa wkoll importanti għalina li nkunu paċi mall-Knisja bħala Sagrament ta’ salvazzjoni għalina lkoll.

= U dan naslu għalih billi nħobbu lill-Knisja bħala Għalliema u Ommna u nkomplu ngħożżu t-tagħlim li twasslilna biex tlaqqagħna ma’ Ġesù.

Jekk inħarsu lejn dawn il-ħames aspetti tal-paċi li aħna msejjħin sabiex ngħixu (hemm min forsi jista’ żżid oħrajn magħhom) u naraw liema minnhom hija l-aktar waħda importanti jew liema waħda minnhom hija l-aktar diffiċli, nistgħu ngħidu li kollha huma meħtieġa u kollha hemm fihom l-iebes tagħhom sabiex tgħixhom. Il-waħda tiddependi mill-oħra, ma jistax ikollok waħda jekk ma jkollokx l-oħrajn, speċjalment l-ewwel waħda.

LIEMA PAĊI RRID?

Jeżistu diversi tipi ta’ paċi. Mhux kull tip ta’ paċi huwa veru. Hemm tip ta’ paċi li huwa veru u hemm oħrajn li huma foloz.

PAĊI IMPONUTA… l-hekk imsejjħa wkoll il-“pax romana”. Paċi mponuta fuq in-nies bil-forza u l-biża’ għax jekk titkellem, jekk turi l-opinjoni tiegħek, jekk tipprotesta tiġi ikkastigat. Jiena għamilt esperjenza ta’ dan it-tip ta’ paċi fit-12-il-sena ġewwa Kuba taħt reġim komunista, fejn id-demokrazija, kif nafuha aħna,  ma teżistix.

PAĊI TA’ INDIFFERENZA… Dik il-paċi frott l-apatija…x’jimpurtani…tajjeb jien, tajjeb kulħadd. Paċi mibnija fuq l-egoiżmu sfrenat. X’jimpurtani mill-inġustizzji li ħaddieħor qed isofri, l-aqwa li ma jolqtux lili u lill-familja tiegħi. Nibqa’ indifferenti quddiem l-inġustizzji, ma ngħid u ma nagħmel xejn biex “la nfuħ u lanqas ninten” kif jgħid il-malti. Nibqa’ newtrali għax hekk jaqbilli.

PAĊI EVANĠELIKA… Dik il-paċi li titwieled minn ġewwa frott il-ħbiberija tiegħi ma’ Alla l-awtur tal-vera paċi. Dik il-paċi mibnija fuq l-imħabba lejn il-proxxmu. Paċi li lesta biex tidħol għal kull riskju biex tħares u tiddefendi d-drittijiet ta’ l-oħrajn. Dik il-paċi integra, sħiħa u kompluta li Ġesù ġie jxettel fil-qlub tan-nies ta’ rieda tajba.

IL-PAPA FRANĠISKU

Il-kelma ‘paċi’ nsibuha ta’ spiss fil-vokabolarju ta’ Papa Franġisku, kif kienet ukoll fuq fomm il-Papiet kollha ta’ qablu. Meta nisimgħu l-omeliji u naqraw id-diversi kitbiet li kontinwament qed jagħtina il-Papa Bergoglio, b’dak l-istil dirett, ċar u sempliċi tant li jifhmu kulħadd speċjalment meta jitkellem jew jikteb dwar dawk id-dnubiet li qed ikissru l-ħajja umana bħalma huma: il-gwerer, il-vjolenza, il-kriminalità, id-disprezz lejn tad-dinjità tal-ħajja, il-korruzzjoni u t-telfien tas-sens u tal-valuri tal-ħajja unika w irrepitibbli ta’ kull bniedem ma jonqosx li jpoġġi quddiemna l-isfida tal-paċi. Il-paċi ma’ Alla u bejnietna, il-paċi magħna u man-natura ta’ madwarna huma s-soluzzjoni tal-konflitti li jeżistu fil-bniedem stess, fost il-bnedmin u fid-dinja.

Sa mill-bidu tal-ministeru tiegħu bħala Isqof ta’ Ruma, il-Papa saħaq fuq l-importanza li negħlbu l-“kultura tal-iskart” billi nippromowvu “il-kultura tad-djalogu” li jwassal sabiex nimxu u nibnu flimkien dinja  fejn isaltnu l-ġustizzja u l-paċi. Il-Papa Arġentin kontinwament jisfidana mhux biss għall-paċi politika imma fuq kollox għall-paċi interjuri, tal-qalb, jiġifieri fejn kull wieħed u waħda minna jkollna dak l-atteġġjament  ta’ ħajja li jgħinna nirbħu kull konflitt u negħlbu l-qawwa tal-ħażen li hemm ġewwa fina li jekk ma nikkontrallawhiex twassalna sabiex inkattru l-vjolenza kontra xulxin.

IL-PAĊI HIJA POSIBBLI

Hekk qalilna l-Papa Franġisku, li tassew jixraqlu dan l-isem imnebbaħ minn San Franġisk t’Assisi, il-qaddis tal-paċi. Fl-okkażjoni tat-48 Jum Dinji tal-Paċi fl-1 ta’ Jannar ta’ 2015 il-Papa qalilna li “il-paċi hija dejjem possibbli  u għalhekk għandna nfittxuha u naħdmu għaliha. Il-paċi trid tkun l-impenn tagħna ta’ kuljum, impenn kuraġġuż u awtentiku, impenn favur ir-rikonċiljazzjoni, kontra kull firda u inġustizzja, billi nibnu pontijiet ta’ djalogu u inkunu qaddejja tad-dgħajfin u dawk li jħossuhom l-imwarrba tas-soċjetà”.

Dan nagħmluh billi fil-ħajja tagħna ta’ kuljum infittxu li nkunu bennejja u strumenti ta’ paċi. Din hija “il-ħolma ta’ Alla, il-proġett ta’ Alla għall-umanità, għall-istorja, għall-ħolqien kollu. Huwa proġett li dejjem qed isib oppożizzjoni mill-bniedem u mid-demonju… f’dinja fejn qed nassistu għat-tielet gwerra dinjija magħmula ‘f’biċċiet’… iva, qed ngħixu fi kliema ta’ gwerra”  (Sarajevo, 6 Ġunju 2015)

NAWGURALKOM SENA TA’ PAĊI U ĠID

  1. Sr, Domenica Debono
    January 9, 2018 at 8:57 am

    Proset fr,

  2. December 31, 2017 at 2:56 pm

    Proset Zi.
    Dan kliem kollu gherf ta lispirtu s Santu u esperjenza tal hajja.

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: