Dun Charles Cini maħtur Arċipriet fil-parroċċa tal-Floriana


Il-Ħadd, 4 ta’ Frar 2018: L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Charles Cini bħala l‑Arċipriet tal‑Parroċċa ta’ San Publiju, il‑Furjana.

cc.jpgDun Charles Cini twieled fl‑10 ta’ Ġunju 1972. Irċieva l‑edukazzjoni tiegħu fl‑iskola primarja ta’ St Jeanne Antide, il‑Gudja, l‑edukazzjoni sekondarja fil‑Kulleġġ Santu Wistin, il‑Pietà u dik post‑sekondarja fil‑Kulleġġ De La Salle, il-Birgu. Kompla l‑istudji terzjarji fil‑Fakultà tat‑Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl‑Università ta’ Malta.

Dun Charles ġie ordnat saċerdot fit‑28 ta’ Lulju 2002. Beda l‑ħidma pastorali tiegħu fil‑Parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid u fl‑2003 beda jservi bħala viċi kappillan fil‑Parroċċa ta’ San Filep, Ħaż‑Żebbuġ. Bejn l‑2006 u l‑2010 serva bħala kappillan fid‑Djoċesi ta’ Savona, l‑Italja. Wara li ġie lura Malta, serva bħala viċi kappillan fil‑Parroċċa ta’ Ħal Luqa għal għaxar snin. Fl‑2017 inħatar assistent direttur ta’ Dar l‑Emigrant.

Il‑Parroċċa tal‑Furjana tiġbor fiha madwar 2,000 persuna f’850 familja.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.