Dun Mark Mallia Pawley maħtur Arċipriet tal-parroċċa ta’ Ħad-Dingli

Print Friendly, PDF & Email

Il-Ħadd, 4 ta’ Frar 2018: L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Mark Mallia Pawley bħala l‑Arċipriet tal‑Parroċċa ta’ Santa Marija, Ħad‑Dingli.

dingli.jpgDun Mark Mallia Pawley twieled fit‑28 ta’ Awwissu 1988. Irċieva l‑edukazzjoni tiegħu fl‑iskola primarja ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi, u fl‑iskola sekondarja Mikiel Anton Vassalli, il‑Ħandaq, u l‑edukazzjoni post‑sekondarja fil‑Kulleġġ Ġan Franġisk Abela, l‑Imsida. Kompla l‑istudji terzjarji fil‑Fakultà tat‑Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl‑Università ta’ Malta.

Dun Mark ġie ordnat saċerdot fid‑29 ta’ Ġunju 2016. Beda l‑ħidma pastorali tiegħu fil‑Parroċċa ta’ Ħad‑Dingli bħala viċi arċipriet.

Il‑Parroċċa ta’ Ħad‑Dingli tiġbor fiha madwar 4,000 persuna f’1,100 familja.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Leave a Reply