Lectio Divina tat-3 Ħadd tar-Randan, Sena “B”


Vanġelu (Ġw 2. 13-25): Is-soltu Ġesu insibuh bħala bniedem ħanin, qalbu tajba u ħelu ma’ kulħadd, speċjalment mat-tfal.  Fis-silta tal-lum insibuH irrabjat u, bi frosta f’idu, jkeċċi l-bejjiegħa mit-Tempju. Dis-silta tqanqal fina wkoll illum is-suġġett tal-flus u l-Knisja, e.g. meta tiġi akkużata li hi sinjura, jew li hi aktar moħħha fil-flus milli fil-ġid spiritwali.  Hemm bżonn li llum ma niqfux biss fuq il-qoxra ta’ barra tal-aġir ta’ Ġesu, imma nidħlu fit-tifsira tejoloġika, i.e. li Ġesu ried iġib fit-tmiem ir-reliġjon żbaljata tat-tpartit: “Jekk intik, trid ittini; jien noffrilek sagrifiċċju, mela int trid tbierek lili u l-familja tiegħi b’ħajja sabiħa u bi ħwejjeġ sbieħ u tajbin biss.” Dan mod pagan kif wieħed jimxi m’Alla. 

  1. Niftakru li meta kienu jgħidu Tempju, il-Lhud kienu jifhmu t-Tempju kollu, bil-bini, taqsimiet u l-btieħi kollha. Is-Santwarju (il-Qaddis tal-Qaddisin) kien il-post maqtugħ għalih fejn tgħammar il-Glorja t’Alla, u fejn kienu joffru s-sagrifiċċji. Matul is-sena, il-bejgħ tal-annimali kien isir fi trejqa li tagħti għat-Tempju, imsejħa t-trejqa ta’ Erodi. Fi żmien l-Għid, eluf ta’ Lhud kienu jiġu t-Tempju u l-kummerċ kien jittrippla. Il-bejjiegħa jiżdiedu u jibqgħu deħlin fil-portiku tat-Tempju. Dal-portiku kien twil daqs żewġ grawnds tal-futbol, u kellu 4 fillieri ta’ 40 kolonna kull waħda, b’kull kolonna għolja 10 metri. (i) Il-portiku kien jagħti għal bitħa kbira. Kien hemm bejjiegħa fil-portiku u fil-bitħa.  Taħt it-taraġ li jagħti għall-bieb tal-portiku kien hemm arkati kbar. Hawn kienu joqogħdu dawk li jsarrfu l-flus. Wieħed ma setax jagħmel offerta b’muniti Rumani, għalhekk ried isarrafhom fi flus tal-Lhud.  Ta’ min jgħid li siegħa wara li Ġesu telaq mit-Tempju, il-bejjiegħa reġgħu armaw u komplew bin-negozju.
  2. L-iktar li kienu jagħmlu qliegħ minn dan il-kummerċ kienu l-membri saċerdotali ta’ Anna u Kajfa. Kif Ġesu missilhom dan is-suġġett jaħraq, il-flus, Kajfa ddeċida li Ġesu kien perikoluż u kellu jitneħħa min-nofs.  Il-Lhud, li kienu jiġu mill-inħawi kollha, kienu  jħallsu taxxa għas-servizz tat-tempju. Dawn il-flus tant kienu jakkumulaw li Ġerusalemm kienet meqjusa bħala l-akbar bank tal-Lvant Nofsani. Il-profeti kienu jikkritikaw dan il-mod kif wieħed jimxi m’Alla. Malakija ħabbar li għad jiġi żmien meta Alla jippurifika dan is-suq bin-nar, kif wieħed jippurifika d-deheb.  B’hekk l-offerta lil Alla ssir ġusta, kif għandha tkun.
  3. “Keċċihom ilkoll…” B’dan l-aġir Ġesu riedhom jibdlu l-mentalita’ tagħhom u jibdew jibnu relazzjoni ta’ wlied m’Alla l-Missier ħanin, u mhux kif kienu tgħallmu mir-Rabbini. Għalhekk Ġesu keċċa wkoll ix-xerrejja, għax dawn ukoll kellhom l-istess tagħlim żbaljat (tini u ntik). Min kien zopp, għama, eċċ ma kienx jista’ jidħol fit-Tempju. Mela Ġesu keċċa dawk ta’ bla difett, il-puri. In fatti, Mattew (21) iżid li wara li keċċa ‘l kulħadd, resqu lejn Ġesu xi zopop, għomja u morda oħra u fejjaqhom kollha.  Dawn issa setgħu jidħlu t-Tempju imma mhux biex jagħmlu l-offerta bħal ta’ qabilhom, imma biex jibnu rapport mal-Missier maħbub kif xtaq Ġesu.
  4. Il-fqar kienu jixtru l-gamiem. Lil dawn Ġesu jgħid: “Warrbu dawn minn hawn. L-anqas par gamiem m’għandkom bżonn biex Alla jberikkom u jaħfrilkom dnubietkom. Missieri jtikom li għandkom bżonn għax iħobbkom mhux għax ittuh xi ħaġa. Tħallux min jisfruttakom.”
  5. “Il-ħeġġa għal darek kilitni” (Salmi). Din il-ħeġġa, biex Ġesu jtemm dan il-mod żbaljat ta’qima lil Alla, se tkun it-tibna li tegħleb il-miżien favur il-kundanna għall-mewt ta’ Ġesu.
  6. “Ħottu dan it-Tempju..” Ġa għidna d-distinzjoni bejn Tempju u Santwarju. Hawn Ġesu qed jirreferi għas-santwarju, il-post fejn il-Lhud biss setgħu jidħlu biex jikkomunikaw m’Alla permezz tas-sagrifiċċji. Ġesu qed jgħd: “Das-santwarju se jinħatt, u fi tlitt ijiem (meta nirxoxta mill-mewt) se nibni wieħed ġdid fejn il-bniedem jista’ jikkomunika mal-Missier bla ma jkollu bżonn iġib xejn miegħu – u la annimali għall-ħruq u lanqas flus. Missieri se jtih kollox mill-abbundanza tal-Imħabba u l-Ħniena Tiegħu. Jien se nkun das-Santwarju Ġdid, u kull bniedem jista’ jirrikorri għand il-Missier permezz tiegħi.”
  7. “Kien hemm ħafna li emmnu fiH. Min-naħa tiegħu, Ġesu ma kienx jafda fihom” għax mhux biżżejjed nitqanqlu bl-entużjażmu meta Ġesu jagħmel xi ħaġa bħal tal-lum. Jiħtieġ nifhmu u nagħrblu sew il-proposta tiegħu u x’tip ta’ commitment tinvolvi. Biex jgħinna nagħmlu dan, Ġesu waqqaf il-Knisja tiegħu u għadda lilha l-Ispirtu tiegħu, biex bi Kristu, ma’ Kristu u fi Kristu hija ssir is-Santwarju l-Ġdid. Kulma għandna bżonn hu li nkunu membri ħajjin ta’ dil-Knisja, għax, bħala Kommunita, insiru Tempju tal-Ispirtu s-Santu (Kor.3) u b’hekk naraw u niltaqgħu mal-Imħabba t’Alla. Dan it-Tempju miftuħ għal kulħadd, mhux bħal dak antik fejn kien hemm parti jidħlu Lhud biss, parti oħra jidħlu Lhud mhux immankati (il-“puri”), oħra l-irġiel biss, oħra s-saċerdoti biss, eċċ. Fit-Tempju l-Ġdid, il-barrieri kollha waqgħu, anki l-purtiera tsas-Santwarju ċċartet minn fuq s’isfel. “Fi Kristu Ġesu, intom (pagani) li kontu ‘l bogħod, ġejtu qrib grazzi għad-demm ta’ Kristu. Hu ġarraf il-ħitan tal-firda u intom ma bqajtux biss mistednin imma sirtu ċittadini mal-qaddisin.” (Efesin).

 

  • Għal aktar dettalji fuq it-taqsim kollu tat-Tempju żur is-sit t’hawn taħt.

Sors: lachiesa.it/liturgia/omelie/padrefernandoarmellini

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.