JAĊĊETTANA KIF AĦNA


Mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona OP

Din il-frażi sirna nisimgħuha spiss. Kultant infissru biha li Alla jaċċettana kif aħna – b’dak li ma jaqbilx miegħu fil-ħajja tagħna – u jħalli kollox jgħaddi. Il-problema hi li Alla ‘tajjeb’ mhux ‘baħbuħ’: wieħed li jħallik mingħajr ma jimpurtah li ssir aħjar. Allaħares l-għalliem (teacher)  ikun ‘baħbuħ” biss, għaliex kieku t-tfal tagħna qatt ma jsiru aħjar.

Mgr Paul Cremona OPImma hemm tifsira oħra sabiħa għal din il-frażi: li Alla jaċċettana kif aħna – mhux jistkerrah minna, għamilna x’għamilna – iżda biex jagħmilna aħjar.

Forsi dan l-ewwel li jidher kien fl-istorja ta’ Noe u d-dilluvju (Ġen kk 6-9). Alla ried jurina l-għażla li għamel wara li l-bniedem dineb. L-ewwel ried jeqred lil-bniedem li issa sar bniedem midneb mhus kif ħalqu hu. Iżda mbagħad sogħob bih ta’ dan, u Alla aċċetta l-bniedem kif inhu, bniedem midneb u baqa’ jħobbu, baqa’ jħobbna.

L-ewwel reġa’ fakkru li issa aċċettah skont ix-xbieha tiegħu, għalkemm midneb: “Jiena nagħmel il-patt tiegħi magħkom li qatt iżjed ma jinqered ebda laħam ħaj…” (9,11). Il-Mulej – li huwa tjubija waħdu  – aċċettana kif aħna. Kien att ta’ mħabba ikbar mill-ħolqien!

Izda Alla ma setax jieqaf hawn, għax xorta xtaq li l-bniedem ikun tajjeb u ħabib miegħu. Hawnhekk bdiet l-Istorja tas-Salvazzjoni li sabet il-quċċata tagħha meta Alla bagħat lil Ibnu Sidna Ġesu’ Kristu fostna biex jurina t-triq li minnha naslu għand il-Missier.

Darba kien għaddej fit-triq u ra wieħed publikan li kien jiġbor it-taxxi, li kien jismu Mattew. Il-Lhud kienu jqisu lill-publikani midinbin. Ġesu’ aċċettah kif inhu u qallu biex jimxi warajh (Mt 9,9-13). Għażlu bħala wieħed mill-appostli. Il-Lhud tkażaw b’Ġesu, bħalma jiġrilna kultant għax aħna ma naċċettawx lil ħaddieħor kif inhu waqt li Alla qed jaċċettah kif inhu biex iressqu lejh.

L-istess għamel Ġesu’ meta ltaqa’ ma’ mara midinba (Ġw 8,1-11). Il-Mulej aċċettaha kif inhi – mhux warrabha – inkella ma setax jidħol f’diskursata magħha. Iżda dan kien il-bidu. L-aħħar kelmiet li qal lil din il-mara kienu:”La tidnibx iżjed”. Imkien ma nsibu lil Ġesu’ jaċċetta lil xi persuna mingħajr ma jnipprova jagħmilha aħjar.

Tibżax tersaq lejn Ġesu’ għamilt x’għamilt: hu jaċċettak. Iżda ersaq bit-tama li int tkun tista’ tħallih jibdlek u jgħannqek.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.