Home > Aħbarijiet > Il-Papa Franġisku żar dar għal ħabsin, ommijiet li għandhom it-tfal żgħar

Il-Papa Franġisku żar dar għal ħabsin, ommijiet li għandhom it-tfal żgħar


It-Tnejn, 5 ta’ Marzu 2018:  Nhar il-Ġimgħa li għaddiet fl-4.00 ta’ wara nofsinhar il-Papa Franġisku, akkumpanjat Mons. Rino Fisichella, President tal-Kunsill Pontifiċju għall-Evanġelizzazzjoni Ġdida ħareġ mill-Vatikan u għamel żjara mhux mistennija lil Casa di Leda li tinsab fil-kwartier tal-EUR, f’Ruma. Din ir-residenza li kienet tal-kriminalità organizzata u ġiet konfiskata, illum tilqa’ fiha ħabsin nisa, ommijiet li għandhom it-tfal żgħar. Hi l-ewwel dar ta’ din ix-xorta fl-Italja u s’issa hi l-unika waħda.

Dr Lillo Di Mauro, responsabbli għal dan il-proġett, irrakkonta lill-Papa dwar l-isforzi li saru biex din id-dar ġiet attrezzata u tkellem dwar il-ħtieġa ta’ postijiet bħal dawn fejn jiġu żviluppati  proġetti ta’ ċiviltà u ta’ umanità.

Fr1_Casa_Leda“Santità, għażiż Missier, aħna dawk li ma nidhrux”. Hekk beda l-kliem tiegħu  ta’ merħba Dr. Di Mauro: “Aħna wħud minn dawk l-eluf ta’ tfal  li għandhom il-ġenituri tagħhom f’xi ħabs fl-Italja; aħna  jew ngħixu magħhom fil-ħabs inkella mmorru biex narawhom fil-ħabs fejn ikunu (…). Biex jiddefendu d-dinjità tal-ġenituri tagħna, lilna jirrakkuntawlna l-gideb: jgħidulna li dħalna f’kulleġġ jew f’xi post tax-xogħol.

Adulti li ma nafuhomx ifittxulna, joħdulna s-soft toys, li huma l-ħbieb tagħna u jiftħuhom biex jikkontrollawhom; l-intimita’ tagħna hi vjolentata, xi drabi jneħħulna anki l-qalziet ta’ taħt biex ikunu żguri li ommijietna ma ħbewx id-droga”.

“Aħna fjur fraġli’ kompla jżid jgħid ir-responsabbli ta’ Casa di Leda “li jsib ruħu fid-deżert tal-burokrazija, qalb il-miżuri ta’ sikurezza u l-indifferenza ta’ adulti aljenati  mill-kruha u mix-xogħol vjolenti. Għal ħafna  nies aħna biss numri: 4,500 tfal li għandhom ommhom fil-ħabs, u madwar 90 elf li għandhom missierhom fil-ħabs.Xi drabi anki l-ġenituri tagħna jispekulaw fuqna”. “Aħna  nirrakkuntaw stejjer biex ma nkunux ittimbrati: ngħidu  li missirijietna jaħdmu f’pajjiżi fanastiċi  u mbiegħda u li ommna hi reġina. Infittxu li niddefendu  ruħna billi nkunu aggressivi  u xi drabi ħadd ma jkun jista’ jsib tarfna, iżda m’aħniex kattivi; l-oħrajn jarawna hekk u jriduna hekk: “Aħna wlied il-ħabsin”.

Papa Franġisku kien milqugħ mill-ommijiet u t-tfal tagħhom u minn dawk li jaħdmu f’din id-dar, li ikoll  stgħaġbu b’ din iż-żjara mhux mistennija tal-Papa. Il-koperattiva soċjali Cecilia Onlus tmexxi din id-dar, li  bdiet tiffunzjona  f’Marzu 2017. Casa di Leda tilqa’ ommijiet li ngħataw sentenza ta’ ħabs minħabba reati minuri u li tkun rikonoxxuta l-kapaċità tagħhom ta’ ġenituri; hekk huma jkunu jistgħu jgħaddu ż-żmien ta’ detenzjoni flimkien ma’ wliedhom f’din id-dar-familja.

Bħalissa hemm ħames ommijiet ta’ bejn il-25 u t-30 sena; hemm xi  żingari, Eġizzjana u Taljana u t-tfal tagħhom. Flimkien magħhom dejjem  ikun hemm il-ħaddiema tad-dar, l-edukaturi u volontarji mill-Assoċjazzjoni A Roma Insieme. Il-P.I.D. (Pronto Intervento Disagio Società Cooperativa Sociale Onlus) u l-Assoċjazzjoni Ain Karim ukoll qed jagħtu s-sehem tagħhom  f’dan il-proġett. Jagħtu servizz  f’din ir-residenza  anki xi imputati ħatja ta’ reati ħfief li jħallsu għall-piena mogħtija lilhom billi jwettqu ħidma fil-komunità.

Il-Papa kellem ukoll lill-ommijiet u lil dawk li jagħtu s-servizz tagħhom f’din id-dar. Hu lagħab mat-tfal u rregalalhom  bajda kbira tal-Għid kull wieħed; tassew ħadu gost b’dan ir-rigal tal-Papa u stednuh biex jieħu  xi ħaġa żgħira tal-ikel magħhom. L-ommijiet xtaqu jagħtu rigal żgħir lill-Papa u offrewlu xi affarijiet li jagħmlu huma stess f’dik id-dar, filwaqt li rrakkuntawlu dwar l-opportunità mogħtija lilhom li jkomplu jieħdu ħsieb uliedhom, minkejja l-ħafna diffikultajiet. L-ommijiet  li jgħixu f’din ir-residenza ġew ukoll mogħtija l-opportunità li jieħdu u jġibu  lil uliedhom mill-iskola u anki li jagħmlu ċerti attivitajiet  li jiswewlhom  biex jitgħallmu xi mestier li jkun jista’ jgħinhom aktar ‘l quddiem  fid-dinja tax-xogħol u fis-soċjetà.

Wara li ħalla xi rigali għall-ommijiet, fosthom anki pergamena iffirmata minnu b’tifkira ta’ din iż-żjara, fil-17.00 il-Papa ħalla Casa di Leda u mar lura f’Santa Marta, fil-Vatikan.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Vivienne Attard.

Categories: Aħbarijiet
  1. Godwin Vella Clark
    March 15, 2018 at 2:21 pm

    Proset tassew lir-raghaj it-tajjeb taghna l-Kattolici. Dejjem jaghti l-ezempju tajjeb biex ahna
    wkoll nimitawh. Grazzi Papa Frangisku.

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: