Home > Aħbarijiet > Suor Annie Demerjian mis-Sirja fi żjara f’Malta dil-ġimgħa

Suor Annie Demerjian mis-Sirja fi żjara f’Malta dil-ġimgħa


It-Tlieta 13 ta’ Marzu 2018: Suor Annie Demerjian hija msieħba fil-proġetti tal-Aid to the Church in Need fis-Sirja. Hi twettaq ħidma umanitarja flimkien ma’ tim ta’ voluntiera fost il-poplu Sirjan mifni mill-gwerra. Suor Annie ser iżżur Malta dil-ġimgħa bħala mistiedna tal-Aid to the Church in Need (Malta), bħala parti minn programm biex titqajjem aktar kuxjenza u għarfien dwar is-sitwazzjoni attwali fis-Sirja. Hi mistennija żżur ukoll skejjel u diversi parroċċi.

sr-annie-demerjian-ic5bcc5bcur-lil-lucine-ta_-85-sena-faleppo-flimkien-mal-voluntier-fadi-v2-e1520952607904.jpg

Il-qofol taż-żjara tagħha ser tkun in-Night of Witness. Din ser issir il-Ġimgħa, 16 ta’ Marzu 2018, fil-Knisja tal-Bon Pastur, Ħal Balzan, fil-5.00pm. Kulħadd huwa mistieden biex jattenti.  Matul in-Night of Witness, Suor Annie ser taqsam l-esperjenzi tagħha f’Aleppo u f’Damasku. L-avveniment ser idum madwar siegħa u nofs u ser jinkludi wkoll filmati reċenti mis-Sirja. Hi ser titkellem dwar it-tbatija kbira li għadda u għadu għaddej minnha l-poplu Sirjan.

Dawk li jixtiequ jattendu huma ġentilment mitluba jirriservaw post billi jċemplu 21487818 jew jibgħatu email lil info@acnmalta.org

Suor Annie tirriskja ħajjitha biex twassal għajnuna fil-qalba tal-kunflitt li qed jifni lis-Sirja. Ftit nies jafu x’inhi s-sitwazzjoni f’Aleppo u f’Damasku aħjar minn Suor Annie. Hekk kif il-kriżi umanitarja kompliet tmur għall-agħar f’Aleppo, hija kkordinat tim ta’ voluntiera biex imorru bieb bieb u jipprovdu għajnuna bażika, speċjalment lill-morda u l-anzjani maqbuda f’Aleppo. Parti mill-ħidma tagħha hija li tgħin 550 familja. It-tim għen lil dawk li kellhom bżonn kbir ta’ ikel, fjuwil għas-sħana, provvista ta’ dawl elettriku, ilma tax-xorb, ħwejjeġ u rigali tal-Milied għat-tfal. Dawn il-proġetti t’għajnuna kollha ġew iffinanzjati mill-Aid to the Church in Need, bl-għajnuna ġeneruża tal-benefatturi.

Suor Annie Demerjian issa hija bbażata f’Damasku, fejn qed twassal għajnuna umanitarja u kura pastorali b’riskju personali kbir. Damasku ġarrab żieda ta’ vjolenza, speċjalment fl-Ilvant ta’ Ghouta, li hija żona kkontrollata mir-ribelli, b’rapporti ta’ aktar minn 900 persuna maqtula.

Mit-22 ta’ Jannar 2018, bosta żoni f’Damasku, fis-subborgi tal-Ilvant, sofrew ukoll attakki bil-bombi u bil-balal, partikolarment f’Bab Touma, Abbassyin, Kassaa, Koussour u Jaramana. Ħafna Kristjana jgħixu f’dawn l-inħawi, u hemm bosta kunventi u monasteri, inkluż il-kunvent fejn tgħix Suor Annie Demerjian. Minn Frar, aktar minn 200 bomba laqtet il-kwartieri tal-Ilvant ta’ Damasku fejn mietu 28 persuna u sfaw midruba 90 oħra.

L-Aid to the Church in Need (Malta) tappella għat-talb u għajnuna oħra għal dawn ħutna biex il-Mulej isaħħahom fil-fidi u jagħtihom l-għajnuna li jiġu bżonn.

L-Aid to the Church in Need ilha taħdem fis-Sirja għal żmien twil. Minn mindu bdiet il-gwerra, l-Aid to the Church in Need għenet b’aktar minn 21 miljun ewro f’għajnuna ta’ emerġenza għall-ikel, ħwejjeġ u mediċini, fost bżonnijiet oħra. Barra minnhekk, qed taħdem biex tagħti kura pastorali u terapewtika f’Damasku għal dawk in-nies li sfaw trawmatizzati mill-effetti tal-gwerra. Tappoġġja wkoll il-ħidma tal-ordnijiet reliġjużi. L-Aid to the Church in Need tfittex postijiet fejn il-familji refuġjati interni jistgħu jibqgħu jgħixu. Waħda mill-ogħla prijorità f’Damasku hi li tgħin lin-nies li tilfu xi membru tal-familja jew li ndarbu u għandhom bżonn operazzjonijiet kirurġiċi. L-Aid to the Church in Need tħeġġeġ lill-imsieħba fil-proġett tagħha sabiex jgħinu lin-nies kollha li jirrikorru għall-għajnuna tagħhom, irrispettivament mir-reliġjon li jħaddnu.

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: