“MELA JIEN SE MMUT?” (1)


Mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona OP

Xi drabi din tkun ir-reazzjoni ta’ xi wħud minna meta jgħidulhom biex jagħmlu tal-Griżma tal-Morda. Tajjeb li naraw xinhi verament il-Griżma tal-Morda.

Alla l-Imbierek ħalaq il-bniedem bl-Imħabba tiegħu kollha. Dan jurihulna fil-Ktieb tal-Ġenesi. Ma jistax ikun li hu ħalaq għalina it-tbatija, il-mard jew il-mewt. Dawk ġew għaliex il-bniedem wara tfixkel bid-dnub u għalhekk daħlu dawn it-tbatijiet.

Mgr Paul Cremona OPAlla, allavolja bl-Imħabba kollha tiegħu, ma setax ineħħi dawn l-effetti fil-bniedem, għax issa l-bniedem kellu ż-żerriegħa tad-dnub ġewwa fih. Iżda xtaq igħin lill-bniedem.Dan urih b’diversi modi, l-aktar permezz ta’ Ibnu Ġesu’ Kristu li ġie fostna.

Ġesu ġie fostna, għex bħalna: għalkemm bla dnub, huwa aċċetta fih l-effetti kollha tad-dnub. Huwa sar ħaġa waħda magħna fit-tbatijiet tagħna (għalkemm mhemmx miktub li xi darba kien marid hu stess, allavolja ma nistgħux neskluduwha) anki f’dak li jiġi mill-mard. San Pawl ħa spunt minn dan kif għandu jħares u jgħix it-tbatijiet tiegħu: “Jien issa nifraħ bit-tbatijiet tiegħi minħabba fikom, għaliex bihom jiena ntemm f’ġismi dak li jonqos mit-tbatijiet ta’ Kristu għall-ġisem tiegħu li hu l-Knisja” (Kol 1,24). (Waħda mara darba qaltli meta kienet marida: “Mela jien se nħalli lil Ġesu’ jbati waħdu għalija?”)

Ġesu’ għamel ħafna mirakli ma kien min marid biex juri li l-Missier Alla kien imweġġgħa bit-tbatijiet tagħna. Dawn il-mirakli kellhom messaġġ mhux biss għal min ġie mirakolat, iżda għalina kollha. Mal-mirakli ta’ fejqan mill-mard kien jagħtihom ukoll il-fejqan spiritwali mid-dnub, jew kien jagħtihom lilu nnifsu. Hekk għamel mal-magħtub li ġabu quddiemu u ħafirlu dnubietu flimkien mal-fejqan mill-mard (Mk 2,5-12). Hekk għamel ukoll mal-mara li kienet tbati mit-tnixxija tad-demm: fejjaqha, iżda mbagħad taha lilu nnifsu meta ħares f’għajnejha (Mk 5,25-34).

Huwa beka wkoll għat-tbatija ta’ Marta u Marija meta miet ħuhom Lazzru biex jurina li hu jkun mhux biss mal-persuna li tkun qiegħda tbati jew marida, iżda wkoll ma’ dawk ta’ madwarha li jkunu mnikktin: “Ġesu’ kif ra lilha (Marija) tibki u l-Lhud li ġew magħha, jibku wkoll, ħass ruħu mqanqal u tħawwad ħafna… U Ġesu’ beka” (Ġw 11,33.35).

Ġesu’ dejjem mar kull darba li sejħulu biex jgħinhom fil-mard tagħhom jew ta’ xi ħadd għażiż għalihom: iċ-ċenturjun (Mt 8,5-13). Huwa stedinhom ukoll biex jiġu għandu: “Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom” (Mt 11,28).

 

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.