Fr Praful Bara jirrakonta kif kien qiegħed f’raħal żgħir tal-Indja jqaddes f’waħda mid-djar għaliex f’dak ir-raħal mhemmx kappella. Kif il-katekista ħareġ wara l-quddiesa, sab folla ta’ nies barra d-dar. Qalulu, “Ġa għidnilek li hawnhekk ma rridux li tkun prattikata l-fidi tiegħek.” Imbagħad, wieħed minnhom qabad zokk kbir u xejjirulu fuq rasu.
Dak il-ħin il-katekista waqa’ fl-art stordu, iżda żmien wara huwa sar jaf min kien dak li tah id-daqqa, imma ħafirlu mill-ewwel bla ma qagħad jaħsibha. Stqarr li kienet il-fidi tiegħi ħelsitu milli jobgħod li dawk li attakawni. Hemmhekk ma riedux missjunarji li jidħlu fir-raħal tagħhom u aktarx kien għalhekk li daru għalih.
“Imma Alla jaħdem b’mod differenti u għandu l-mod tiegħu kif iressaq lill-bnedmin lejh”, qal Fr Praful. “Dawk il-persuni li dakinhar sawwtu lill-katekista, xi żmien wara ġew huma stess u jitgħolbu li jitgħammdu.”