Il-Kardinal Jean-Louis Tauran fl-Arabja Sawdija

Print Friendly, PDF & Email

Is-Sibt 5 ta’ Mejju 2018: Il-Kardinal Jean-Louis Tauran, President tal-Kunsill Pontifiċju għad-Djalogu bejn ir-Reliġjonijiet, ilu fl-Arabja Sawdija sa mit-13 t’April u se jibqa’ hemm sal-20 t’April, b’hekk ikun qed ipatti għal żjara li kient saret fil-Vatikan fl-20 ta’ Settembru, 2017, mis-Segretarju Ġenerali tal-Muslim World , ix-Sheikh Muħammad bin Abdul Karim Al-Issa.

Milqugħ mill-Prinċep Muhammad bin Abdurrahman bin Abdulaziz, viċi-gvernatur ta’ Riyadh, il-Kardinal Tauran għamel diskors, fil-kwartieri ġenerali tal-Muslim League, waqt il-laqgħa li kellu max-xheikh Al-Issa, diskors mingħajr preċedent fl-istorja tar-relazzjonijiet bejn il-Kristjanezmu u l-Islam, mhux minħabba dak li ntqal iżda minħabba l-post fejn dan id-diskors ġie mxandar.

Kien fil-fatt l-ewwel darba li fl-Arabja Sawdija, art il-Waħħabiżmu, wieħed mill-iżjed kurrenti radikali tal-Islam, rappreżentant ewlieni tal-Knisja Kattolika tkellem fil-pubbliku u bl-iżjed mod ċar fuq kwistjonijiet kapitali bħalma huma     l-libertà tar-reliġjon u drittijiet ugwali għal dawk li jemmnu fi-reliġjonijiet kollha.

http://www.osservatoreromano.va/it/news/conoscersi-riconoscersi

Rapport minn Louis Spiteri

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading