L-Għarabja Sawdita fi ftehim mal-Vatikan biex jinbnew knejjes għall-Insara f’dan il-pajjiż.


Is-Sibt 5 ta’ Mejju 2018: Fid-dawl ta’ kif il-kultura soċjali tal-Għarabja Sawdita qed tinfetaħ għad-dinja, għall-ewwel darba fl-istorja tiegħu, dan il-pajjiż iffirma ftehim ta’ kooperazzjoni mal-Vatikan biex jinbnew knejjes għal ċittadini Kristjani. B’hekk ikunu qegħdin juru x’sehem importanti għandhom ir-reliġjonijiet u l-kulturi diversi fir-rinunzja tal-vjolenza u t-terroriżmu u jagħtu l-għajnuna tagħhom għall-kisba tas-sigurtà u l-istabbiltà fid-dinja.

knisja.jpgIl-ftehim kien iffirmat mis-Segretarju Ġenerali tal-Islamic World League Sheikh Mohammed bin Abdel Karim Al-Issa u l-President tal-Kunsill Pontifiċju għal Djalogu Interreliġjuż fil-Vatikan il-Kardinali Franċiż Jean-Louis Tauran sabiex iwassal għal għanijiet reċiproċi bejn iż-żewġ naħat.

Il-ftehim jiddikjara wkoll li se jkun stabbilit kumitat konġunt ta’ koordinazzjoni magħmul minn żewġ rappreżentanti miż-żewġ naħat biex jorganizzaw laqgħat fil-ġejjieni. Il-kumitat huwa mistenni li jsir darba kull sentejn u l-laqgħat tiegħu jalternaw bejn Ruma u belt magħżula mill-Islamic World League, skont l-istampa tal-Għarbija Sawdita.

Iż-żjara storika inkludiet ukoll laqgħa mal-Prinċep Eredi  tal-Għarabja Sawdita, Mohamed Bin Salman, fil-kapitali Għarabja Riyadh.

Skont “L’Osservatore Romano”, Tauran stqarr li huwa jappoġġja t-trattament ugwali għaċ-ċittadini kollha ikun xi jkun it-twemmin tagħhom, inklużi dawk li ma jistqarru l-ebda twemmin; huwa talab ukoll li tiġi stabbilita bażi komuni fil-bini ta’ postijiet ta’ qima.

F’intervista mal-gazzetta tal-Vatikan News wara ż-żjara, Tauran qal li kien kuntent b’dak li huwa ddeskriva bħala “l-bidu ta’ rapprochement“. “Dan huwa sinjal li l-awtoritajiet Għarab issa huma lesti li jagħtu immaġni ġdida lill-pajjiż”, żied jgħid.

Aktar kmieni f’Marzu, Bin Salman iltaqa ‘mal-Papa Tawadros II, il-Papa ta’ Lixandra u l-Patrijarka tas-Sedja ta’ San Mark matul iż-żjara tiegħu fl-Eġittu; Tawadros faħħar ħafna lil Bin Salman, qal li hu jirrappreżenta immaġni miftuħa u moderna tar-Renju tal-Għarabja Sawdita.

“Iż-żjara tal-Prinċep Eredi tal-Għarabja kienet ta’ pjaċir kbir, u kont impressjonat ħafna bil-personalità u t-tbissima tiegħu, u l-għarfien u l-konoxxenza li għandu dwar l-istorja u l-ġrajjiet kurrenti.” Hekk stqarr il-Papa f’intervista li kellu mal-istazzjon ta-TV bis-satellita MBC.

https://www.albawaba.com/editorchoice/saudi-arabia-signs-deal-vatican-build-churches-christians-ksa-1126228

Rapport minn Louis Spiteri

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.