Home > Minn Angelo Xuereb > Tlugħ il-Mulej fis-Sema

Tlugħ il-Mulej fis-Sema


Kitba ta’ Angelo Xuereb

Wara li Ġesù qam mill-mewt baqa’ jidher lill-Appostli u lid-dixxipli għal erbgħin jum. Iżda fl-aħħar wasal il-waqt li kellu jħalli d-dinja u “kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta’ Alla” (Mk 16, 19).
Veru li issa Ġesù mar għand il-Missier u l-Appostli ma baqgħux jarawh, iżda huwa wegħidhom li ser jibgħatilhom l-Ispirtu s-Santu u jibqa’ magħhom sal-aħħar taż-żminijiet. U l-Appostli ma sewdux qalbhom iżda l-Vanġelu ta’ San Luqa jgħidilna: “Huma nxteħtu fl-art jagħtuh qima, u mimlijin b’ferħ kbir reġgħu lura lejn Ġerusalemm, u qagħdu l-ħin kollu fit-tempju jbierku lil Alla” (24, 52-53). Imma l-missjoni ta’ Ġesù ma waqfitx hemm. Issa kellhom ikompluha l-Appostli.

Qabel ma tela’ s-sema Ġesù bagħat lill-Appostli mad-dinja kollha biex ixandru l-Vanġelu: “Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, u għammduhom fl-isem tal-Missier, tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu, u għallmuhom iħarsu dak kollu li ordnajtilkom jien. U ara, jien magħkom dejjem, sal-aħħar taż-żmien” (Mt 28, 19-20).

Ġesù għadu preżenti fid-dinja fil-ministri tiegħu li għadhom ixandru l-messaġġ tiegħu mad-dinja kollha, kif ordna Hu. Huwa preżenti wkoll fl-Iskrittura, fil-Liturġija, u fil-proxxmu tagħna.

Ġesù għadu wkoll preżenti bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu li jaħdem anki barra l-konfini tal-Knisja. Il-ħidma tal-Ispirtu s-Santu ddum sakemm Kristu jerġa’ jiġi fit-tieni miġja, biex il-bnedmin kollha, ta’ kull ġens u ta’ kull żmien isibu s-salvazzjoni tagħhom fi Kristu.
Il-Knisja tgħix f’din l-istennija hija u tħabbar il-Vanġelu lill-ġnus kollha. F’dan il-jum ma nistgħux ma niftakrux f’tant missjunarji fl-istorja tal-Knisja li ħallew art twelidhom u marru jxandru lil Kristu f’artijiet oħra. Għalkemm il-mandat missjunarju għadu hemm, insibu xi artijiet li fihom il-Knisja ma tistax ixxandar lil Kristu apertament iżda sempliċement billi tagħti xhieda.

Kristu għadu magħna, u permezz tagħna jrid jasal għand kulħadd. Qegħdin naqdu sewwa dan id-dmir?

Categories: Minn Angelo Xuereb
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: