Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tal-Ħadd 13 ta’ Mejju 2018

L-Evanġelju tal-Ħadd 13 ta’ Mejju 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mk 16, 15-20

Biex jagħalq l-Evanġelju tiegħu, Marku jonqsu biss żewġt ivrus wara din is-silta, jagħlaq kapitlu sittax u jagħalq l-aħbar it-tajba kif ġarrabha hu u l-komunità jew komunitajiet li għex fihom sa dakinhar. Iż-żewġt ivrus li jonqos jiddeskrivu, x’ġara minn Ġesù li tela’ s-sema u kif wieġbu il-Ħdax għas-sejħa ta’ Ġesù.

L-evanġelju nkiteb fi żmien l-imperatur Neruni, f’Ruma, meta bdew il-persekuzzjonijiet miftuħa u anke vjolenti kontra dawk li ssieħbu ma’ Marku u sħabu. F’dan iż-żmien ukoll l-għajn ta’ tagħrif li seta’ kellu Marku, Pietru, ġie maqtul u fl-istess żmien ukoll inqatel Pawlu. Il-komunitajiet insara teħħilhom il-bastun li kellhom fl-appostli u kellhom jibdew ifendu għal rashom.

F’dan l-isfond, l-evanġelista ddeċieda li, fost l-erba’ evanġelji li għandna, jkun fost l-ewwel li jikteb dak li kien jintqal, dak li kien jiġi rrakkuntat minn dawk li ġew mibgħuta minn Ġesù stess b’ħidma partikulari u speċjali. Jista’ jkun li ma riedx li dak li ried Ġesù jisfa’ fix-xejn iktar u iktar jekk dawk li kienu jafu x’ġara, għax semgħu, jinqatlu; għallinqas dak li kienu jafu kien miktub.

l-aħħar kliem ta’ Ġesù f’dan l-Evanġelju jagħtina ħjiel li mhux kulħadd kien jilqa’ l-kelma. Min ma jemminx ikun ikkundannat, jiġbed il-kundanna fuqu nnifsu; mhix theddida iżda konsegwenza ta’ nuqqas ta’ twemmin, ta’ ċaħda. Jekk min jemmen u jitgħammed, jiġifieri jidħol fil-familja ta’ Alla, jissieħeb fil-komunità, isalva għax igawdi minn dak li hu ta’ Alla, min jiċħad lil Alla u jirrifjuta li jissieħeb ma’ dawk li jemmnu fih, qed iċaħħad lilu nnifsu minn dak li hu ta’ Alla, mhux għal ftit, iżd agħal dejjem.

Is-salvazzjoni li ssieħeb lil dawk li jemmnu tfisser li jkollhom qawwa fuq il-ħażen u l-Ħażin, għandhom il-ħila li jifthiemu ma’ kulħadd, għandhom il-kuraġġ li jagħrfu u jikkonfrontaw il-qerq, għandhom l-immunità ta’ Alla kontra min irid jitmagħhom b’kulma joqtol u għalhekk jibqgħu qawwijin u sħaħ; dan biex iħares lilhom fil-kontinwazzjoni tal-ħidm ali qed ikomplu. Alla jafdalek biċċa xogħol f’idejk u m jħallikx nieqes minn dak li għandek bżonn biex twettaqha.

Minn naħa l-oħra s-salvazzjoni li ssieħeb li dawk li jemmnu tagħtihom ukoll il-qawwa li jħarsu u jibżgħu għal min hu dgħajjef u batut għax is-salvazzjoni mhix esperejza ta’ ġid personali biss iżda hija esperjenza ta’ ġid għal kulħadd. It-tqgħid tal-idejn fuq persuni morda kien karatterstika tal-fejqan ta’ Ġesù, u huwa wkoll karatteristika fil-ħajja tl-knisja llum. Hija l-qawwa li tgħaddi minn persuna għall-oħra biex tqawwi u tfejjaq, biex isserraħ il-moħħ u thenni lill-qalb.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: